url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://newsbook.com.mt/il-european-super-league-sospiz-wara-t-tluq-tal-klabbs-inglizi/
newsbook.com.mt
Wara għadd ta' protesti minn partitarji, plejers, maniġers u gvernijiet, apparti t-theddid ta' sanzjonijiet mill-UEFA u l-FIFA, il-klabbs Ingliżi, Taljani u l-Atletico irtiraw mill-proġett tal-European Super League. Il-European Super League mhux se jkun qiegħed jiftaħ l-istaġun minħabba li dawn it-timijiet irtiraw. Manchester City kienu l-ewwel li rtiraw segwiti minn Arsenal, Manchester United, Liverpool, Tottenham Hotspur u Chelsea ħabbru li kienu qed isegwu l-istess. It-tims ta' Inter Milan, AC Milan, l-Atletico u Juventus telqu wkoll minn din il-kopetizzjoni.
[ 10, 15 ]
https://newsbook.com.mt/jingabru-e30000-u-madwar-45-vann-mimlija-hwejjeg-mill-kampanja-itma-u-libbes/
newsbook.com.mt
Ritratt: Miguela Xuereb Matul ir-Randan, permezz tal-kampanja 'Itma' u Libbes', inġabru €30,000 f'donazzjonijiet u madwar 45 vann mimlija ħwejjeġ li kienu f'kundizzjoni tajba. Dak kollu li nġabar se jumur bħala għajnuna għall-persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fis-soċjetà. Il-kampanja ġiet organizzata mill-Arċidjoċesi ta' Malta permezz tat-Taqsima tad-Djakonija fil-Parroċċi ta' Caritas Malta, flimkien ma' dan is-sit elettroniku, Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart. Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta' Malta spjegat kif id-donazzjonijiet se jintużaw biex jinxtara ikel li jitqassam mill-kappillani lill-familji fil-bżonn fil-parroċċi tagħhom. Il-ħwejjeġ se jgħaddu minn proċess ta' għażla, ħasil, mogħdija u ppakkjar, sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ikunu jistgħu jinbiegħu lill-pubbliku bi prezz raġonevoli. Id-dħul minn dawn il-ħwejjeġ se jgħin lill-persuni fil-bżonn u jtaffi mit-tbatija tal-persuni li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja. F'Marzu 2021 Filmat: Maħżen ieħor biex jintgħażlu l-ħwejjeġ miġbura waqt il-kampanja Itma' u Libbes L-Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-ġenerożità kbira tiegħu u fakkar fil-kelma ta' Ġesù, "kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont għeri u libbistuni," u esprima t-tama li l-Mulej jgħinna biex nibqgħu nħaddmu l-imħabba tiegħu fid-dinja. Albert Debono, responsabbli mid-djakonija fil-parroċċi fi ħdan il-Caritas, qal li l-pubbliku laqa' bi ħġaru s-sejħa tal-Knisja biex jgħin lill-familji fil-bżonn, mhux biss bid-donazzjonijiet u l-ħwejjeġ, imma wkoll billi offrew ftit ħin liberu biex seta' jsir il-proċess ta' għażla tal-ħwejjeġ. Debono stieden lill-persuni li jixtiequ jgħinu biex jagħmlu dan billi jimlew il-formola 'Ftit Ħin Qalb Kbira' fuq il-website djakonija.org . Għadd ta' parroċċi taw il-kontribut tagħhom f'din il-kampanja, fosthom il-parroċċa ta' Birżebbuġa, Ħal Qormi (San Ġorġ), Ħaż-Żebbuġ, il-Kalkara, il-Mosta, il-Qawra, il-Qrendi, is-Siġġiewi, is-Swatar, ix-Xagħjra, l-Iklin, San Ġiljan, u Wied il-Għajn. Fil-bidu ta' April 2021 Filmat: Miġburin 41 vann mimlijin ħwejjeġ u €26,000
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/mghadnix-narafhom-dawn-dirghajja-joseph-debono/
newsbook.com.mt
Ritratt meħud minn filmat waqt il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa Joseph Debono li niftakru fil-karattru popolari tas-Sur Bondin f'Xarabank, kif ukoll bosta snin qabel bħala x-xandar li jwassal l-aħbarijiet waqt Aħn'Aħna Jew M'Aħniex, ippubblika poeżija b'saħħitha li biha jiddeskrivi dak li bħalissa jinsab għaddej minnu peress li għandu l-kundizzjoni tal-ALS. M'għadnix nagħrafhom M'għadnix nagħrafhom dawn dirgħajja…. Li tant għannqu ħbieb tul is-snin U taptpu kuraġġ fuq l-ispallejn Li kaħħlu, u żebgħu u sammru f'injam U sewwew fejn kien hemm għalfejn. L-idejn li lagħbu tennis, subbuteo u darts U għoddew tant flus u għamlu kontijiet Li kitbu l-lottu bil-karta saħħara U ħarbxu tant stejjer u ħsibijiet … Illum mejtin M'għadnix nagħrafhom dawn riġlejja…. Li ġrew wara l-ballun bil-ħeġġa, U telgħu u niżlu slielem tul is-snin Li qadfu b'saħħa biex gawdejt il-baħar Li żifnu mal-kollegi f'xi festin Li mxew fil-Vatikan u ħdejn l-Akropoli, Li żżerżqu fuq silġ iebes tal-Iżlanda U telgħu fuq l-Etna u l-Vesuvju U daru mal-imtieħen tal-Olanda …. Illum bla saħħa. M'għadnix nagħrfu dan leħni… Li tant tkellem ma' nies bil-kelma t-tajba U spjega tant prinċipji, ħfief u tqal, Li qara, rreċta u drabi wkoll kanta U daħħaq ħafna nies, il-kbar u t-tfal. Li rrakkonta fatti mill-istorja, Imħallta ma' xi leġġenda Maltija B'ilsna barranin biex min iżurna, igawdi ta' pajjiżna s-sbuħija …. Illum imkarkar. Qed nagħraf biss dan moħħi… Li għadu joħloq u jtini l-ideat, Li kif jitwieldu jtuni l-enerġija. U li b'għajnejja jħaddem il-kompjuter biex bih nesprimi li għaddej ġo fija. Dal-moħħ li jġedded il-memorji U jġib tifkiriet sbieħ quddiem għajnejja, li jgħinni nifhem din il-kundizzjoni, U li ħajti nbidlet iżda għadha għaddejja …. Debono s-sena l-oħra kien ippubblika wkoll rumanz, Iz-Ziju Manwel, li kienet idea li nibtet snin ilu iżda li beda jaħdem fuqu biex jippubblikah hekk kif sar jaf li kellu l-kundizzjoni tal-ALS. Huma bosta li bħal Joseph Debono u Bjorn Formosa qed ibatu mill-kundizzjoni tal-ALS. Int tista' tgħin fit-twettiq tal-proġett Dar Bjorn permezz tad-donazzjoni tiegħek fuq dawn in-numri: BOV Mobile Pay – 79096249 jew b'SMS li jiswa' €6.99 fuq in-numru 5061 8936 Joe Debono interview Joe Debono, l-awtur ta' ktieb ġdid.Joe, jirrakkonta kif il-marda ta' l-ALS qed tgħaġġel. F'nofs din l-intervista sorpriża kbira lil Joe Debono mingħand it-tim ta' l-Erbgħa fost il-Ġimgħa. Posted by L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa on Wednesday, December 23, 2020
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/din-il-kantanta-llum-ghalqet-58-sena-gharaftha/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Phylisienne Brincat Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief Phyllisienne Brincat meta kellha 10 snin. Illum tagħlaq 58 sena. Twieldet bħal-lum il-21 ta' April tal-1963. Phyllisienne kien għad kellha tliet snin meta ġiet l-ewwel minn fost 300 tifel u tifla waqt baby show u meta bdiet tikber bdiet tieħu interess fil-kant. Ta' ħames snin kienet tkanta regolarment fil-Cafè Premier mal-banda ta' Vinny Vella. Phyllisienne ħadet sehem f'ħafna festivals u fl-1986 rebħet l-Aqwa Interpretazzjoni fil-Festival Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Jekk Int Bħali. Kellha wkoll suċċess bil-kanzunetta Kuluri u wara ħadet sehem bħala backing vocals għall-kanzunetta This Time ta' William Mangion fil-Eurovision Song Contest tal-1993 fl-Irlanda. Matul is-snin ħadet sehem f'diversi musicals fosthom Pawlu 2000, Reġa' Sebaħ, L-Għarusa tal-Mosta u Inez Farruġ. Dan apprti s-sehem tagħha floperetti, fi produzzjonijiet bħal Scugnizza, Lo Zingaro Barone (li kienet idderiġiet) u Cin Ci La. Phyllisienne hija wkoll għalliema tal-kant, kif ukoll għandha recording studio, u anke taf tpinġi. Phyllisienne hija wkoll omm ta' tlieta u anke nanna! Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Ritratt: Facebook – Phyllisienne Brincat
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ir-regina-elizabetta-taghlaq-95-sena/
newsbook.com.mt
Ir-Reġina Eliżabetta llum tiċċelebra egħluq l-95 sena tagħha. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq sninha se jkunu privati, b'uħud mill-familja tagħha mistennija jingħaqdu magħha fil-Kastell ta' Windsor. Hija twieldet fil-21 ta' April, 1926, fiċ-ċentru ta' Londra. Kuntrarju għall-prattika normali, din is-sena, l-ebda ritratt uffiċjali mhu mistenni li jiġi rilaxxat minħabba li l-ġurnata taqa' fi żmien il-ġimgħatejn ta' luttu rjali. Eliżabetta II kienet saret reġina fl-1952 fl-età ta' 25 sena.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/mara-u-tifel-imutu-fl-ahhar-tragedja-fil-mediterran/
newsbook.com.mt
Il-gwardja tal-kosta Libjana salvat 104 migrant, fosthom għaxar nisa u tlett itfal, madanakollu fl-operazzjoni ġew irkuprati il-katavri ta' mara u tifel. Migrant Rescue Watch, fi tweet qalet li l-migranti, kollha Afrikani, ittieħdu fil-bażi navali fi Tripli. Persuna nżammet mill-pulizija b'rabta mal-imwiet abbord id-dgħajsa. Skont Migrant Rescue Watch kien hemm 16-il persuna mill-Guinea, 33 mill-Ivory Coast, 43 mill-Mali 43, 8 mis-Sudan, 3 mis-Senegal u persuna min-Niġer.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/l-ue-bi-proceduri-legali-kontra-astrazeneca/
newsbook.com.mt
Il-Kummissjoni Ewropea qed tipprepara biex tibda proċeduri legali kontra AstraZeneca, skont ħames diplomatiċi tal-UE kkwotati mis-sit POLITICO. Il-Kummissjoni qajmet il-kwistjoni f'laqgħa tal-ambaxxaturi l-Erbgħa, li matulha l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE qalu li se jappoġġjaw il-kawża lill-kumpanija minħabba li naqset bil-kbir milli twassal dożi mwiegħda lill-blokk. Wieħed minn dawk li attenda għal-laqgħa ċċara li l-punt prinċipali tal-proċeduri legali huwa li jagħmilha obbligatorja għal AstraZeneca li tipprovdi d-dożi stabbiliti fil-kuntratt tagħha mal-UE.
[ 1, 3, 10 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-il-mument-li-fekruna-maqbuda-fi-xbieki-tas-sajd-giet-salvata/
newsbook.com.mt
Fekruna żgħira ġiet salvata aktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif xi neis lemħuha tgħum maqbuda fi xbieki tas-sajd lejn Buġibba. Persuna barrannija ħadet l-inizjattiva biex taqbad il-fekruna u teħlisha mill-martirju li kienet tinsab fiha. Ma kienx faċli li tinħeles tant li persuna oħra li kienet għaddejja tat lil dak li kien qed isalav l-fekruna ċ-ċwievet tagħha biex ikun jista' jqatta' x-xbieki. @shanyjasonlamadrid PART 2SAVING THE STRANGLED TURTLE 🐢 #MALTESEISLAND #VisitMalta #MALTESE #amongUs #fypシ #fyp #xyzbca #Fy #abcxyz #learnontiktok #maltatiktok #malta ♬ original sound – Shany Jason La Madrid – Shany Jason La Madrid "L-annimali huma vittmi tal-kaos li joħolqu l-bnedmin!" qal Stefan Scepanovic, li tella' l-filmat fuq YouTube.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-haddiema-fit-turizmu-ghandhom-jitlaqqmu-sal-1-ta-gunju-mhra/
newsbook.com.mt
L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA qed tinsisti mall-Awtoritajiet tas-Saħħa biex l-impjegati li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu jingħataw il-vaċċin qabel il-ftuħ mill-ġdid għat-turiżmu fl-1 ta' Ġunju. Fi stqarrija, l-MHRA qed tappella wkoll lill-Gvern biex jerġa' jiftaħ r-ristoranti, inklużi dawk fil-lukandi li anqas huma permessi li jservu l-kolazzjon, nhar it-Tnejn 26 ta' April, bħal mhu se jiftħu l-ħwienet mhux essenzjali. Malta tippjana li tibda tilqa' t-turisti f'Ġunju L-MHRA qalet li hu importanti li l-vaċċin tal-Covid-19 jingħata lil dawk li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu, mhux biss għax jerġa' jinforza l-messaġġ li Malta hi destinazzjoni sigura, iżda wkoll biex jiżgura li kwalunkwe riskju ta' espożizzjoni għal infezzjoni bil-Covid-19 tkun ikkontrollata b'mod effettiv, filwaqt li tiżgura l-benesseri ta' dawk kollha involuti. Ir-ristoranti huma fost dawk l-industriji milquta ħażin mill-pandemija u wara sena iebsa ħafna, l-MHRA qalet li qed iħarsu 'l quddiem għall-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti fis-26 ta' April u għat-turiżmu fl-1 ta' Ġunju. L-Assoċjazzjoni qalet li tirrikonoxxi li l-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti hi stiwazzjoni kritika biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-infezzjonijiet relatati mal-Covid-19, iżda affermat li s-sidien tar-ristoranti laħqu punt fejn ma jistgħux jistennew aktar minħabba li s-sitwazzjoni tagħhom saret waħda diffiċli ħafna. Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal kif ristorant jinvolvi ħafna spejjeż, u kif dawn mhumiex biss pagi tal-impjegati. "Ħafna sidien ta' ristoranti qed jilħqu punt fejn ma jafux x'se jiġri bl-għixien tagħhom u tal-impjegati tagħhom. Għandna bżonn pjan ċar biex inkunu lkoll nafu fejn ninsabu u għalhekk inkunu nistgħu nippreparaw l-operazzjonijiet għal dik li hi sitwazzjoni diġà diffiċli ħafna," ikkonkluda Zahra. "Diżappuntati li ma tħabbritx data għall-ftuħ tar-ristoranti" – MHRA
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/biden-iwieghed-li-l-istati-uniti-se-tnaqqas-l-emmissjonijiet-bin-nofs-sal-2030/
newsbook.com.mt
pexels.com Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden wiegħed li jnaqqas bin-nofs l-emissjonijiet tal-greenhouse gas sal-2030 mil-livelli tal-2005, waqt il-bidu ta' summit globali dwar il-klima biex jagħmel pressjoni lil min iniġġes biex iġib l-emissjonijiet tagħhom konformi mal-ftehim internazzjonali. Biden, fl-indirizz tal-ftuħ tas-summit ta' jumejn li qed jiġi ospitat virtwalment mill-White House, il-Ħamis qal li "l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni tkompli tiżdied." Biden talab lill-akbar ekonomiji tad-dinja biex jissieħbu mall-Istati Uniti u jżidu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. "L-ebda nazzjon ma jista' jsolvi din il-kriżi waħdu, u dan is-summit hu pass fit-triq lejn futur sigur, prosperu u sostenibbli," qal. Diversi pajjiżi oħra żiedu l-wegħdiet tagħhom il-Ħamis. Il-Ġappun ħabbar pjanijiet biex inaqqas l-emissjonijiet 46% taħt il-livelli tal-2013 sal-2030. Il-Kanada qalet li se timmira li tnaqqas l-emissjonijiet b'40%-45% sal-2030 taħt il-livelli tal-2005. Il-President taċ-Ċina Xi Jinping tenna l-għan tal-pajjiż li jilħaq l-ogħla produzzjoni ta' CO2 qabel l-2030. U l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel enfasizzat il-kompitu herculean quddiem id-dinja kollha, u sejħet il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima "xejn anqas minn trasformazzjoni sħiħa fil-mod kif nagħmlu n-negozju." Filmat: Il-webinar ta' Newsbook – 'Give Me a Break'
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/imut-les-mckeown-ta-bay-city-rollers/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Leslie McKeown Miet fl-età ta' 65 sena Les McKeown, il-kantant tal-grupp Bay City Rollers. Il-kantant Skoċċiż kien parti mill-grupp waqt l-aqwa perjodu tal-karriera tagħhom fis-Snin 70 b'suċċessi bħal I Only Wanna Be With You, Bye Bye Baby, Shang-a-Lang u Give a Little Love. Il-familja tiegħu ħabbret fuq il-midja soċjali li McKeown miet għal għarrieda fid-dar tiegħu nhar it-Tlieta li għadda. Qalu wkoll li qed jagħmlu l-arranġamenti għall-funeral tiegħu u li għalih se jkunu jistgħu jattendu biss 30 persuna, biex dejjem jimxu mal-miżuri marbuta mal-coranvirus. Sa issa ma ħarġu l-ebda dettalji dwar x'wassal għall-mewt ta' McKeown. pic.twitter.com/YgZLzuGbM1 — Les McKeown (@LesMcKeownUK) April 22, 2021
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-nachos-tac-canga/
newsbook.com.mt
Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti: Pico de Gallo 200g tadam, imqatta' fin 70g basla ħamra, imqattgħa fin meraq ta' lumija żgħira 1 kuċċarina ċilantru, mimli u mqatta' b'mod fin nofs jalapeno, imqatta' fin 1 sinna tewm, imqattgħa fin niskata trab tal-kemmun melħ u bżar għat-togħma Ċanga 1 basla, daqs Medju 230g ċanga mqattgħa 2 kuċċarina ħwawar Taco 115g fażola refried Platter taċ-Ċanga Nachos tortilla chips 85g, ġobon Cheddar 85g, ġobon Red Leicester 85g, fażola sewda basal aħdar, skont il-gosti sour cream, skont it-togħma. Jalapeño imnaddfin, mhux obbligatorju, u skont it-togħma. Metodu Għaqqad l-ingredjenti kollha flimkien ta' Pico de Gallo u ħawwad. Żomm fil-friġġ. Għaċ-ċanga: sajjar ftit il-basla, żid iċ-ċanga u sajjar. Ħawwar bit-taco u żid il-fażola refried. Ħallat sakemm jitħalltu sew. Għan-nachos: platter taċ-ċanga, iksi pjanċa tal-forn bit-tortilla. Poġġi fuq it-tortilla 1⁄2 ċanga, 1⁄2 ġobon, 1⁄2 fażola sewda u poġġi l-platt taħt il-grill għal 5 sa 10 minuti. Agħmel saff ġdid ta' tortilla chips. Poġġi fuqhom iċ-ċanga, il-ġobnijiet u l-fażola sewda li jifdal. Poġġi l-pjanċa taħt il-grill għal 5 sa 10 minuti oħra. Poġġi fil-wiċċ il-Pico de Gallo u basal aħdar imqattgħin, xerred bis-sour cream u spiċċa bil-jalapeño imnaddfin (jekk tkun trid). Servi mal-Guacamole u s-Salsa friska. Għall-Guacamola: Għas-Salsa Friska:
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/24-kaz-gdid-l-ebda-mewt/
newsbook.com.mt
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 24 każ ġdid tal-Covid-19 minn 1,992 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Bejn ilbieraħ u llum ma kien hemm l-ebda mewt marbuta mal-coronavirus. Intant fiequ 65 persuna biex b'hekk l-għadd ta' każi attivi issa jlaħħaq il-522 każ. Sal-bieraħ ingħataw 288,797 dożi tal-vaċċin kontra l-coronavirus, li 90,173 minnhom kienu t-tieni doża. Facebook: Saħħa
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-martina-tipprova-dderri/
newsbook.com.mt
X'ser jiġri fl- episodju li jmiss … il-Ħamis fid-20.40 fuq NET TV Fattigi jkompli ! Posted by Fattigi on Monday, April 19, 2021 Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela Fattigi li jixxandar fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net Catherine tmur iżżur lil Mark il-ħabs, u javviċinahom David Sciortino f'nofs il-konverżazzjoni. It-Tronki jinzerta fl-istess ġnien li hemm Clara, u jmur jittantaha. Se tagħtih wiċċ Clara? Paul u Edwin jinsabu mifxulin wara l-arrest ta' Wesley. X'se tkun ir-reazzjoni tagħhom? Ritratt: Watermelon Francis tmur tkellem lil Axisa dwar ir-raġel li heddidha. Kif se jgħin Axisa? Martina toħroġ dawra ma' Mandy u l-baby biex tgħin lil oħtha dderri ftit. Hannah tkompli titkellem mat-terapista Nathalie, dwar il-passat ikrah tagħha l-aktar dak ta' tfulitha . Ritratt: Watermelon Fattigi għandu kitba ta' Bryan Muscat. Is-sensiela għandha produzzjoni ta' Watermelon Media.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/3-stabbilimenti-jinqabdu-jiksru-l-ligi/
newsbook.com.mt
Tliet stabbilimenti nqabdu jiksru l-liġi hekk kif ir-regoli tal-istabbilimenti li joffru servizzi li huma meqjusa mhux essenzjali jinsabu magħluqa. Matul din il-ġimgħa 1,137 persuna fil-gżejjer Maltin ingħataw multa wara li nqabdu jiksru l-miżuri li jinsabu fis-seħħ biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19. 663 persuna nstabu li kienu mingħajr maskra filwaqt li 330 persuna kienu fi gruppi ta' iktar minn kemm huwa permess bil-liġi bħalissa. Sebat ijiem oħra ta' infurzar biex tkun imħarsa s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi fissru 1,137 multa 💶Għal darb oħra,… Posted by Covid19 Malta on Monday, April 19, 2021 11% (125) ta' dawk li nqadbu matul l-aħħar sebat ijiem kisru r-regoli marbuta ma' kemm jistgħu jinġabru nies f'residenza waħda u 16-il persuna nqabdu li qegħdin jiksru r-regoli marbuta mal-kwarantina. Il-ġimgħa l-oħra 92 persuna ġew immultati għax kienu iktar milli suppost taħt saqaf wieħed. Ġew immultati wkoll 784 persuna li kienu fil-pubbliku mingħajr maskra. 92 immultati għax kienu aktar nies milli suppost ġo dar
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-nicole-borg-tiddebutta-bi-freedom/
newsbook.com.mt
Il-mużika dejjem kienet parti minn ħajjet Nicole Borg. Bdiet tkanta meta kellha biss 4 snin, iżda din hija l-ewwel darba li ħarġet bil-mużika oriġinali tagħha stess. "Jiena diġà qed naħdem fuq kanzunetti oħra li għadhom fi stadji bikrin ħafna imma qed nittama li t-tnedija ta' Freedom tagħtini l-kuraġġ li niddedika aktar ħin għall-mużika tiegħi," ikkummentat hi "Il-kanzunetta hija dwar esperjenza personali fejn ħassejt li ma kontx tajba biżżejjed u kif irbaħt dik. Nisperaw li tmiss kemm jista' jkun nies," żiedet tikkummenta ma' Newsbook.com.mt Ix-xogħol fuq il-kanzunetta beda wara xi inkoraġġiment minn waħda mill-eqreb ħbieb ta' Nicole, Rachel Cassar. "Grazzi għall-inkuraġġament ta' Rachel ħassejt li stajt nibda dan il-vjaġġ. Hekk kif ġiet stabbilita l-idea li naħdem fuq dan il-proġett, avviċinajt lil Siobhan Vassallo li magħha ilni naqsam il-ħsibijiet mużikali tiegħi għal aktar minn tmien snin u flimkien ktibna l-lirika. Wara Siobhan ħadmet fuq il-melodija," spjegat Nicole. Wara li Nicole u Siobhan kienu kuntenti bid-demo li kienu ħadmu fuqu, marru għall-fażi tal-produzzjoni. Ġie avviċinat Luke Grech, kitarrist ta' Relikc u sid ta' Cornerhouse Studios. Hemmhekk rrekkordjaw il-kanzunetta, u Luke pproduċiha billi qabbad bosta mużiċisti oħra lokali, li kienu jinkludu lil Ryan Paul Abela u Jean Luc Camilleri. Il-kanzunetta fiha wkoll is-sehem vokali ta' Brian Dimech. Il-filming u l-muntaġġ tal- vidjow mużikali huwa ta' Jonathan Brincat u Luke Borg.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-hemm-min-hu-ghaddej-minn-esperjenza-aghar-minn-tieghi-petra/
newsbook.com.mt
Sibtek, is-Sibt li ġej mimli nies li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm speċjali ħafna fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM ❤️#Sibtek Posted by Sibtek on Monday, April 19, 2021 Waqt l-edizzjoni tal-lum is-Sibt tal-programm Sibtek ma tonqosx il-mużika u ħafna kurżitajiet dwar il-ħajja personali ta' diversi personalitajiet mix-xena tal-ispettaklu. Fost ħafna stejjer ta' nies se niltaqgħu mal-kantanta Petra Zammit li qatt ma ddejqet titkellem bl-aktar mod apert dwar il-ħajja personali tagħha. Petra x'bidla għamlet f'ħajjitha llum il-ġurnata u f'liema fażi qegħda? Wayne Aquilina is-Sindku, il-preżentatur u l-missier għadda wkoll minn esperjenza li ser jaqsam waqt Sibtek. Tiziana Calleja għandha tifla li tixbaħha ħafna u qaxxrita speċjalment fil-karattru! Il-kantanta Debbie Scerri se jkollha rwol importanti fil-programm tal-lum li bħas-soltu jitmexxa minn Ryan Borg u Josmar u jixxandar fuq TVM fis-1.15pm. Ritratt: mill-filmat / SIbtek
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/ir-rai-jitlef-id-drittijiet-ta-la-partita-del-cuore/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook- Nazionale Italiana Cantanti L-appuntament annwali ta' La Partita del Cuore, li fiha jilgħab it-tim tan-Nazionale Cantanti Italiani kontra t-tim ta' pljers li jilgħabu bl-isem ta' I Campioni per la Ricerca, se tkun qed issir nhar il-25 ta' Mejju f'xandira diretta mill-Allianz Stadium ta' Torino. Din is-sena se jkun it-30 anniversarju ta' din il-partita li minnha jinġabru fondi biex jgħinu fir-riċerka ta' xi mard partikolari. Għal din is-sena l-fondi se jmorru għall-Istituto di Candiolo – Fondazione Piemontese sabiex tkun tista' ssir riċerka fuq il-kanċer Olus. Iżda b'differenza mis-snin ta' qabel mhux se jkun ir-RAI li se juri din il-partita iżda l-Canale 5 tal-Mediaset. Il-mużiċist Enrico Ruggeri ddeskriva din il-mossa li jċaqilqu mir-RAI għall-Mediaset bħala kapitlu ġdid u faħħar l-entużjazmu tal-istazzjon li se jkun qed ixandar għall-ewwel darba dan l-avveniment. Ritratt: mill-istqarrija maħruġa mill-Mediaset
[ 10, 15 ]
https://newsbook.com.mt/awguri-mark-2/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Nostalġija Jiċċelebra għeluq sninu Mark Schembri li jinterpreta lil Xmun fis-sensiela Nostalġija li tixxandar nhar ta' Tnejn fis-8.50pm. Mark illum qed jiċċelebra għeluq l-44 sena. Twieled bħal-lum il-25 ta' April tal-1977. Apparti li jirreċta, Mark huwa wkoll artist. Hu attenda kors t'erba' snin fl-iskola tal-arti u snajja Salvatore Dimech (li llum hija MCAST), bejn l-1993 u l-1997, minn fejn kiseb Distinction fid-disinn grafiku. Matul dan il-perjodu Mark ħa sehem f'diversi wirjiet kollettivi, filwaqt li tella' wirjiet personali. Kien ukoll imqabbad jaħdem ħafna xogħolijiet li jinsabu f'residenzi privati, kif ukoll uħud oħra li jinsabu f'postijiet pubbliċi, tnejn minn dawn huma kwadri li jinsabu waħda fil-knisja arċipretali tal-Mosta, u l-oħra f'dik tal-Imġarr. Isem Mark huwa wkoll stabbilit fix-xena tal-karikatura u l-illustrazzjoni fil-kotba. Id-disinji tiegħu kienu użati fl-ewwel edizzjoni tal-Karnival b'satira politika fl-2014, disinji karikatorjali li mbagħad minn fuqhom inħadmu l-karrijiet satiriċi. Mark huwa wkoll attur stabbilit. Ħa sehem f'ħafna rappreżentazzjonijiet fuq il-palk u anke' għat-TV, b'karriera teatrali twila xi 30 sena. Apparti f'Nostalġija rajnieh fis-sensiela Xhud (2009) u Ħbieb u Għedewwa (2019). Ħadem ma' diversi diretturi f'teatri u produzzjonijiet televiżivi. Għandu għal qalbu l-komiċità u juża' s-sens t'umoriżmu fil-ħajja ta' kuljum u l-hena tiegħu jara tbissima tixref fuq in-nies li jkellem. Mark iħobb ukoll iħarbex ħsibijietu fil-poeżija, u llum-il ġurnata għaqqad numru ġmielu ta' vrus li jvarjaw bejn dawk ta' ċerta kritika lejn is-soċjetà, oħrajn jesprimu r-ruħ tal-artist filwaqt li oħrajn huma umoristiċi. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. Ritratt: Facebook – Nostalġija
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-knisja-qed-tghaggibha-dwar-il-quddies/
newsbook.com.mt
Il-Knisja qed tgħaġġibha meta tgħid li trid il-quddies fil-knejjes? Mela l-quddies fuq it-TV mhux biżżejjed? Tul il-pandemija ħafna nies semgħu l-quddies fuq it-TV u sabu din il-ħaġa komda ħafna? Fil-knisja jew fid-dar quddiem it-TV mhux l-istess? Mhux l-aqwa li tisma' quddiesa? Dak li kien jgħodd waqt il-pandemija għala m'għandux jibqa' jgħodd wara l-pandemija? Andrew Azzopardi jiddiskuti dan is-suġġett mal-psikologa u umanista Gail Debono u Patri Louis Mallia MSSP. Is-Sibt fil-11:30am waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 fuq l-istazzjon 103 Malta's Heart.
[ 14 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-torta-tax-xikel-tal-haruf/
newsbook.com.mt
Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti Għal 4-6 persuni 3 xikel tal-ħaruf 1 basla kbira, imqattgħa f'biċċiet 2 rjus tat-tewm, imqattgħin 2 zunnarijiet medji, imqattgħin 700 ml stokk veġetali 120 ml inbid aħmar 2 mgħaref kunserva 85g għasel 115g berquq imnixxef, maqtugħ min-nofs 130g pruna mnixxfa, maqtugħ min-nofs 3 mgħaref dqiq 3 mgħaref ilma 1 bajda ta' daqs medju 2 mgħaref ħalib 1⁄2 kuċċarina trab tal-kemmun 1⁄2 kuċċarina trab taż-żagħfran 1⁄2 kuċċarina trab tal-ġinġer 1⁄2 kuċċarina trab tal-kosbor 1⁄2 kuċċarina Cayenne 1⁄2 kuċċarina trab tal-qronfol 1 stikka tal-kannella 2 weraq tar-rand imnixxef melħ u l-bżar Għaġina tat-torti 340g dqiq 85g butir mingħajr melħ 85 g xaħam 6 kuċċarini ilma 1 kuċċarina melħ Metodu Aqli t-tewm, il-basal u z-zunnarija sakemm jirtabu. Aqli ftit ix-xikel tal-ħaruf. Għaqqad flimkien il-ħwawar u l-ħwawar mitħunin kollha u żid 1⁄2 minnhom mat-tewm, il-basal u z-zunnarija. F'taġen itfa' l-inbid aħmar, żid il-kunserva u l-stokk tal-ħaxix. Żid il-pruna u l-berquq u saħħan sakemm il-likwidi jagħlu. Żid il-kannella, il-weraq tar-rand u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Meta jagħli żid ix-xikel tal-ħaruf u ħalli ttektek fuq nar baxx għal 11⁄2 sa 2 sigħat. F'food processor żid id-dqiq, il-butir, ix-xaħam u l-melħ, u ħawwad sakemm it-taħlita tkun tixbah lill-frak tal-ħobż. Żid ilma u ġib l-għaġina flimkien. Żomm fil-friġġ għal sagħtejn. Meta l-laħam tal-ħaruf ikun artab, neħħi x-xikel tal-ħaruf mit-taġen jew mill-borma, u neħħi l-laħam mill-għadam. Żid l-għasel mal-likwidi u t-taħlita tal-ħwawar u l-ħwawar mitħuna li jifdal. Neħħi l-weraq tar-rand u l-kannella. Fi skutella separata, ħallat 3 imgħaref dqiq ma' 3 imgħaref ilma kiesaħ, sakemm ma jkun hemm l-ebda ċappa. Żid it-taħlita tad-dqiq mal-likwidu fit-taġen. Meta z-zalza tagħqad, żid il-laħam tal-ħaruf. Ħalli l-mili jibred, sadanittant irrombla 2/3 tal-għaġina u għatti l-qiegħ ta' trej tal-ħami bl-għaġina. Imla t-torta bil-mili u għatti t-torta bl-għaġina li jifdal. Għatti t-torta bl-għaġina u ppinzella l-wiċċ b'taħlita ta' bajda waħda u 2 mgħaref ħalib. Ferrex fil-wiċċ ul-ġulġlien u aħmi ġo forn imsaħħan minn qabel f'temperatura ta| 200° C għal 30 sa 40 minuta, jew sakemm il-wiċċ isir kannella dehbi. Ħalli t-torta tistrieħ għal 10 minuti qabel ma sservi.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-xtaqt-inhalli-memorja-viziva-u-tangibbli-lil-binti-greta-mark/
newsbook.com.mt
Il-familja Lucas hija sinonima max-xena tal-mużika lokali għaliex produċiet uħud mill-aqwa mużiċisti u artisti Maltin fosthom: John Charles Lucas, Oscar Lucas, Godwin Lucas u Joe Cutajar. Mark huwa prodott ta' din l-istess familja u kiseb reputazzjoni bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f'pajjiżna, magħruf l-aktar għas-suċċess miksub fl-2001 bil-kanzunetta Fejn Staħbejtli mill-pinna ta' Paul Ellul u msebbħa bil-vuċi ta' Ira Losco. Tul is-snin, huma ftit id-drabi li Mark preżenta lilu nnifsu bħala kantawtur f'kompetizzjoni, iżda meta għamel dan il-pass huwa kien parteċipant f'uħud mill-festivals prinċipali f'Malta, inkluż: L-Għanja tal-Poplu, Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, Festival Super One u aktar riċenti f'Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. Lil Binti, kanzunetta li rajna fost is-semifinalisti ta' Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija, li tagħha huwa kiteb kemm il-kliem kif ukoll il-mużika b'arranġament mużikali ta' Andrew Zammit, u arranġament mużikali għall-orkestra minn Maestro Joe Brown, jidher li ħalliet impatt kbir, tant li daħlet fil-Klassifika tal-Aqwa 20 f'Malta u ndaqqet aktar minn 3,000 darba fuq Spotify, u ntweriet aktar minn 6,000 darba fuq YouTube. Din il-kanzunetta wasslet lil Mark Spiteri Lucas biex jieħu d-deċiżjoni li jirritorna fix-xena tal-mużika lokali bħala kantawtur u għaldaqstant xtaq li jibda billi jkompli jagħti l-ħajja 'l din il-kanzunetta permezz ta' vidjo mużikali, miġbud kollu ġewwa l-Cavalieri Art Hotel ta' San Ġiljan bi produzzjoni ta' Marlon Polidano, li serva wkoll bħala direttur artistiku flimkien ma' Ludwig Galea. "Kien ta' pjaċir kbir mhux biss li nikteb u nkanta din il-kanzunetta iżda li nħalli memorja viżiva, tanġibbli lil binti Greta, biex meta għada pitgħada ma nkunx hawn, hi tiftakar fil-ħin kollu li qattgħajna flimkien", jgħid Mark Spiteri Lucas filwaqt li jistqarr li "Lil Binti kienet l-imbuttatura li kelli bżonn bħala artist, bl-idea li naqsam aktar materjal oriġinali fix-xhur li ġejjin". 'Lil Binti' hija disponnibli fuq is-siti diġitali iTunes u Spotify grazzi għall-ippubblikar diġitali tal-kumpanija Ġermaniża CAP-Sounds . Dan it-tagħrif twassal minn Ironic PR & Artist Management.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/en/enjoying-bird-migration/
newsbook.com.mt
Redshank at Għadira Nature Reserve. Little Grebe at BirdLife Malta's Għadira Nature Reserve. Għadira Nature Reserve.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/it-tim-tal-manchester-united-se-jerga-jigi-malta/
newsbook.com.mt
Ritratt: Manchester United FB Il-klabb tal-futbol tal-Manchester United mistenni jiġi Malta għal training camp u partita kontra wieħed mill-klabbs tal-Kamjonat Premier f'Lulju li ġej. Dan kien żvelat minn Replay fuq post fuq Facebook, fejn qalu li l-aħbar li għad trid tiġi kkonfermata mistennija tkun uffiċjali fil-ġimgħat li ġejjin. Il-post fuq Facebook qalet li din iż-żjara se ssir bħala parti minn ftehim bejn VisitMalta u t-tim tant segwit f'Malta tar-Red Devils, li kien iffirmat f'Novembru tal-2019. 🔴🔴ESKLUSSIVA | Wieħed mill-aktar klabbs segwiti f'Malta, Manchester United se jkunu qed jerġgħu jiġu f'pajjiżna, 21 sena… Posted by Replay (Net Television) on Sunday, April 25, 2021 Fl-2019, il-Ministru tat-Turiżmu kien qal li l-ftehim kien se jagħti promozzjoni lill-Malta permezz tat-tim tal-Manchester United u kien se jiswa' madwar €20 miljun fuq tliet snin. Skont Replay, il-kuntratt jinkludi ftehim li "matul dawn it-tliet snin Manchester United għandhom jiġu f'Malta bħala skwadra, biex jitħarġu għal perjodu qasir." Il-klabb tal-futbol tal-Manchester United kienu ġew Malta 21 sena ilu, f'Awissu tal-2000, fejn kienu rebħu l-partita kontra Birkirkara F.C. bi skor ta' 5-1. Wieħed mill-plejers li kien fit-tim tar-Red Devils, il-plejer Norveġiż, Ole Gunnar Solskjær , u li issa hu l-kowċ ta' Manchester United se jkun qed imexxi t-training camp f'Malta, li mistenni li se jsir f'Lulju li ġej.
[ 15 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-ir-raghaj-fuq-ix-xbieha-ta-gesu-ma-jistax-jahdem-ghall-interessi-personali-l-arcisqof/
newsbook.com.mt
L-Arċisqof Charles Scicluna saħaq li min irid ikun ir-ragħaj fuq ix-xbieha ta' Ġesù ma jistax jaħdem għall-interessi personali tiegħu. Fl-omelija waqt il-quddiesa fil-Jum Dinji ta' Talb għall-Vokazzjonijiet, iċċelebrata mill-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju, Tal-Virtù, l-Arċisqof stqarr li "ħafna drabi din it-traġedja tiġri fuq kull livell tas-soċjetà, anke fostna l-isqfijiet u l-qassisin u l-patrijiet u s-sorijiet reliġjużi". Qal li "llum irridu nħarsu lejn Ġesù u nisimgħuh mhux biss ikellimna b'fommu imma jkellimna wkoll bil-ħarsa tiegħu. Inti lest tagħti ħajtek?" Irrimarka li "aħna wkoll parti mill-merħla, anke dawk li fil-Knisja nsejħulhom ragħajja, l-isqfijiet, is-saċerdoti, is-superjuri reliġjużi, ir-reliġjużi stess għax kulħadd huwa fdat li jagħti ħajtu għall-komunità". Qal ukoll li anke l-ġenituri għandhom sehem minn din is-sejħa li jkunu ragħajja ta' wliedhom. Knisja.mt "Taqtax qalbek, tgħallem afda fil-ħniena tal-Mulej" Fil-jum iddedikat għall-vokazzjonijiet, l-Arċisqof stqarr li l-Insara huma mħeġġa biex jitolbu sabiex il-Mulej jgħin liż-żgħażagħ jiskopru l-pjan ta' mħabba li Alla għandu għalihom. "Li tħalli lil Ġesù jagħrfek ifisser li tħalli lil Ġesù jħobbok. Aħna nafu li aħna dgħajfin u nifhmu li l-Mulej jagħrafna bil-ħniena tiegħu, il-ħarsa tiegħu fuqna hija ħarsa ta' ħniena. Min iħossu mfixkel minħabba d-dnubiet jew d-dgħufijiet tiegħu, jiena nagħtih kelma ta' kuraġġ. Taqtax qalbek imma tgħallem afda fil-ħniena tal-Mulej li qiegħed isejjaħlek," saħaq l-Arċisqof Scicluna. "Min qed jismagħni u forsi qed jisma' wkoll fil-qalb tiegħu l-kelma u l-istedina ta' Ġesù biex jagħti ħajtu fis-saċerdożju, bħala missjunarju, jew bħala reliġjuż jew reliġjuża, jiena nħajru jidħol fi ħbiberija speċjali u intima ma' Ġesù." Knisja.mt "Min ikellmek biex tibdel ħajtek, jagħmel hekk għax iħobbok" Fir-raba' Ħadd tal-Għid, il-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, l-Arċisqof Scicluna qal li l-mistoqsija personali u kollettiva tagħna bħala soċjetà, bħala pajjiż, hi: irridu li l-Mulej ikun ir-ragħaj tagħna? Kull min għandu l-awtorità, mill-kbir saż-żgħir, anke fil-familja, qegħdin inħaddmuha bl-imħabba u bil-ħarsa kollha ħniena ta' Ġesù? Spjega li l-għarfien tiegħu, tfisser ukoll ubbidjenza lejn Alla. L-Arċisqof fisserr li l-kelma 'ubbidjenza' m'għandhiex tfixkilna għax hija t-triq tal-veru ħelsien. Min qed jgħidlek x'għandek tagħmel, min qed ikellmek biex tibdel ħajtek, qed jagħmel hekk għax iħobbok. X'inhu r-ragħaj it-tajjeb? Matul l-omelija, l-Arċisqof jispjega kif ir-ragħajja li kienet kategorija pjuttost emarġinata, saru l-ewwel nies li jisimgħu bit-twelid ta' Ġesù, u meta kiber, Ġesù assoċja ruħu ma' din il-kategorija. "Jiena r-ragħaj it-tajjeb" (Ġw 10:11). "Ir-ragħaj it-tajjeb ifisser mhux biss tjubija ta' bniedem li għandu qalbu tajba, kif ngħidu aħna l-Maltin, imma wkoll li għandu tjubija li tattirak. Huwa ragħaj li jiġbdek lejh mhux jiġbdek 'il bogħod minnu, imma jiġbdek lejh bit-tjubija u bl-imħabba tiegħu." Hawn semma' kif Ġesù jagħtina kejl tal-imħabba vera u għalhekk ifisser hu stess xi tfisser it-tjubija tiegħu meta jgħid li hu mhuwiex biss ir-ragħaj, iżda, ir-ragħaj it-tajjeb għaliex jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Waqt il-quddiesa ħadu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill-ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl-attivitajiet li jorganizza ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju tal-Arċisqof. L-għan taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet huwa li jakkumpanja lill-adolexxenti u liż-żgħażagħ fil-mixja tagħhom lejn l-għarfien tas-sejħa personali li Alla jrid jagħmel lilhom.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/tithabbar-is-sensiela-ta-simpozji-tal-presidenza-dwar-il-kultura/
newsbook.com.mt
Ritratt: OPR L-Uffiċċju tal-President qed iniedi sensiela ta' simpożji kulturali bil-għan li jiġu esplorati u spjegati r-rabtiet storiċi u kulturali uniċi ta' Malta ma' pajjiżi sħab importanti. 'Is-Sensiela ta' Simpożji tal-Presidenza dwar il-Kultura' ser tistinka wkoll biex toffri l-kultura bħala għodda diplomatika f'idejn l-ogħla uffiċċju tal-Istat filwaqt li trawwem id-djalogu u l-iskambji kulturali bejn l-esperti u r-riċerkaturi fiż-żewġ pajjiżi u lil hinn minnhom. Il-President ta' Malta George Vella qal, "L-iskambju ta' ideat, informazzjoni, arti, lingwi u aspetti oħra tal-kultura fost in-nazzjonijiet u l-popli tagħhom irawwem fehim reċiproku. L-arti, ix-xjenza, il-kultura u l-mużika taw kontribut, kemm flimkien kif ukoll individwalment, biex jitrawwem passat komuni. Fil-fatt, il-legat ma jistax jitħassar, għalkemm ħafna drabi jiċċajpar xi ftit maż-żmien. Ħafna elementi huma magħrufa u ppubblikati. Aspetti oħra, li dawn is-simpożji jwiegħdu li jippreżentaw u jiċċelebraw, huma inqas magħrufa". Is-sensiela ser tibda b'simpożju li ser isir fl-istess waqt fuq servizz ta' vidjowkonferenza u fuq il-paġna tal-President fuq Facebook b'kollaborazzjoni mal-Ambaxxata tar-Repubblika Franċiża f'Malta. Taħt it-tema 'Malta and France: Shared Histories, New Visions' (Malta u Franza: Passat Kondiviż, Viżjonijiet Ġodda), din ser issir nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Mejju 2021 fid-9am. Is-simpożju ser jiġi indirizzat mill-President ta' Malta; Clément Beaune, Segretarju tal-Istat ta' Franza għall-Affarijiet Ewropej; Evarist Bartolo, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej; Brigitte Curmi, Ambaxxatriċi tar-Repubblika Franċiża għal Malta; Carmelo Inguanez, Ambaxxatur ta' Malta għar-Repubblika Franċiża; u numru ta' kelliema interessanti li ser ikopru diversi aspetti tar-rabtiet storiċi u kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi. Kull min hu interessat jipparteċipa permezz tas-servizz ta' vidjowkonferenza jista' jirreġistra billi jibgħat email fuq oprculturesymposia@gov.mt . Dan it-tagħrif twassal mill-Uffiċju tal-President Ritratt: OPR
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/drumsticks-tat-tigieg-fil-forn/
newsbook.com.mt
Ritrat: Bernhard Post / Ingredjenti 8 drumsticks imdaqqsin basla u tewma ftit żejt taż-żebbuġa mgħarfa għasel meraq ta' larinġa meraq ta' lumija kikkra nbid abjad nofs kikkra ketchup ftit bżar u melħ Metodu Qatta' rqiq il-basla u t-tewma u aqli fi ftit żejt. Żid l-inbid u l-meraq tal-larinġa u l-lumija. Sajjar fuq nar baxx għal madwar ħames minuti. Ħawwar bil-bżar u l-melħ u żid il-ketchup u l-għasel. Ferrex din it-taħlita fuq id-drumsticks sagħtejn qabel ma tibda ssajjar. Sajjar id-drumsticks fil-forn, temperatura 220 ̊Ċ.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/rebha-storika-waqt-l-oscars-2021/
newsbook.com.mt
Chloé Zhao hija l-ewwel mara ta' kulur li rebħet l-Oscar għall-Aħjar Direttur waqt it-93 edizzjoni tal-Academy Awards li saret ilbieraħ fl-Istati Uniti. Fl-istess serata ġew ippremjati wkoll bħala l-Aqwa Attur Anthony Hopkins għal film The Father, u Frances McDormand bħala l-Aqwa Attriċi għal Nomadland. Apparti li ħalliet il-marka tagħha bħala l-ewwel mara ta' kulur li rebħet l-Oscar bħala direttur, Zhao hija wkoll it-tieni mara fl-istorja tal-Oscar li rebħet dan l-unur f'din il-kategorija. L-ewwel mara direttur li rbeħet dan l-Oscar kienet Kathryn Bigelow meta fl-2010 rebħet l-unur għal The Hurt Locker. Iċ-ċerimonja ta' din is-sena saret bin-nominati preżenti personalment iżda bi prekawzjonijiet ta' sigurtà u lista limitata ta' mistiedna. Bir-rebħa tiegħu għall-film The Father, Anthony Hopkins, li ma kienx preżenti għal din is-serata, issa sar l-ixjeħ attur li rebaħ l-Oscar fil-kategorija tal-Aqwa Attur. Daniel Kaluuya rebaħ il-premju Best Supporting Actor fil-film Judas and the Black Messiah filwaqt li Youn Yuh-jung saret l-ewwel attriċi Koreana li rebħet l-Oscar bħala Best Supporting Actress għas-sehem tagħha fil-film Minari. Emerald Fennell rebħet l-Oscar għall-aħjar screeplay oriġinali għat-thriller Promising Young Woman, filwaqt li l-filmSoul rebaħ l-Oscar għall-aħjar Mużika f'film Animat. L-Oscar għall-Aħjar Film Internazzjonali intrebaħ mill-film Daniż Another Round.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/hadek-wisq-kmieni-l-bambin-lorraine-dwar-kathia/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Kathia Vidal Fuq il-midja soċjali bosta huma dawk li llum ħallew messaġġ ta' dieqa hekk kif ħarġet l-aħbar li mietet Kathia Vidal, fl-età ta' 48 sena. L-attriċi Lorraine Degiorgio li bosta jiftakru fil-karattru ta' Emily fis-sensiela F'Salib It-Toroq li kienet ilha aktar minn 30 sena ħabiba ma' Kathia Vidal, iddeskrivietha bħala "ħabiba ta' vera minn dawk rari ħafna li ma jitilquk qatt". Hi kompliet tgħid li l-mara kienet sabiħa minn barra u minn ġewwa hekk kif xerdet ukoll l-aħħar ritratt li huma kienu ħadu flimkien. Iż-żewġ nisa kellhom ukoll imħabba komuni lejn it-tim tal-Juventus u kien proprju sal-bieraħ li bagħtu messaġġ lil xulxin fejn kienu qed jippjanaw li jiltaqgħu beix imorru jieħdu kafè flimkien. "Ħadek wisq kmieni l-Bambin," ikkummentat Degiorgio. XOKK KBIR HAFNA HABIBA TIEGHI 💔 IMMENS 🖤ILna aktar minn 30 sena Hbieb 💞Habiba ta Vera minn dawk Rari Hafna li ma… Posted by LorraiNe DegioRgio on Sunday, April 25, 2021 Gillian Attard iddeskriviet dan il-jum bħala wieħed tad-dwejjaq għax fih tilfet ħabiba u waħda mill-kantanti ta' La Voix Academy. RIP Posted by Gillian Attard on Sunday, April 25, 2021 "Qomt maħsuda, u mnikkta dalgħodu, hekk kif waslitli l-aħbar li ħallietna l-ħabiba tiegħi Kathia Vidal," kitbet il-preżentatriċi u attriċi Angela Coleiro. Hija ddeskriviet lill-Vidal bħala "mara tal-familja li kienet dejjem tkun bit tbissima fuq fommha, u li veru kienet tħobbni jiena kif jiena". Qomt mahsuda, u mnikta dalghodu, hekk kif waslitli l-ahbar li hallitna il-habiba tieghi Kathia Vidal.Mara tal-familja… Posted by Angela Coleiro on Sunday, April 25, 2021 Ma' dawn il-messaġġi hemm ħafna oħrajn li lkoll juru s-sogħba għat-telfa tagħha. Lathia, stireħ fis-sliem!
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/fjum-l-omm-15-il-minuta-zejda-waqt-iz-zjarat-fid-djar-tal-anzjani/
newsbook.com.mt
Mis-Sibt 1 ta' Mejju, se tkun introdotta t-tieni fażi ta' rilaxx ta' restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Fi stqarrija l-Ministru għall-Anzjani qal li dan ġie deċiż wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità għall-Istandards għall-Ħarsien Soċjali. Ħmistax ilu tħabbret l-ewwel fażi ta' żjarat mingħajr perspex. Il-Ministru Michael Farrugia ħabbar li mis-Sibt l-1 ta' Mejju 2021: 2 qraba mill-istess dar jistgħu jżuru resident fid-dar tal-anzjani. Iż-żjarat ta' 25 minuta 'l waħda se jiżdiedu għal darbtejn fil-ġimgħa. B'hekk aktar qraba jkunu jistgħu jagħmlu appuntament Għall-okkażjoni ta' Jum l-Omm ir-residenti jista' jkollhom żjara miżjuda ta' 15-il minuta wara li jsir appuntament, is-Sibt 8 ta' Mejju jew il-Ħadd 9 ta' Mejju Residenti li għandhom id-dimensja jista' jkollhom żjara ta' 15-il minuta kuljum. Kull darba jistgħu jżuruhom sa 2 persuni mill-istess dar L-ilbies tal-maskri, iż-żamma tad-distanza u miżuri oħrajn iridu jibqgħu jkunu osservati Dan kollu se jkun jgħodd ukoll għar-Residenza San Vinċenz de Paul. Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia enfasizza li r-restrizzjonijiet se jitnaqqsu b'kawtela biex kull darba jkun evalwat l-impatt qabel jittieħed pass ieħor, jiġifieri, it-tielet fażi. Ara xi tħabbar il-bieraħ Filmat: Ir-ristoranti se jerġgħu jiftħu mill-10 ta' Mejju
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/imniedi-l-progamm-ta-mejju-tal-agenzija-kulturali-ghall-belt-valletta/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Valletta Cultural Agency Wara l-ftuħ tal-Valletta Design Cluster, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tniedi l-Programm tagħha għal-Mejju. Fl-isfond tal-pandemija, meta pajjiżi akbar madwar id-dinja qed isibuha diffiċli biex jipprovdu servizzi bżonnjużi, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tkompli tibni fuq ix-xogħol siewi u l-isforzi li saru matul dawn l-aħħar snin filwaqt li tappoġġja l-arti. L-investiment fl-arti hu investiment fil-kwalità tal-ħajja tagħna issa aktar minn qatt qabel u minkejja ż-żmien diffiċli li qed naffaċċjaw, l-isforzi jkomplu. Permezz ta' investiment ta' €10.4 miljun, il-Valletta Design Cluster – ibbażat f'binja storika li sfat abbandunata għal 50 sena – fetaħ il-bibien tiegħu għad-disinjaturi, artisti, kreattivi u lill-komunità Beltija, li jistgħu jibbenefikaw mill-iskema ta' sħubija u l-programmi varji li qed jiġu żviluppati. Fl-1 ta' Mejju, se tintwera prestazzjoni li tiċċelebra r-reżiljenza tal-arti u l-artisti fuq TVM fid-9pm. Artisti u mużiċisti ta' fama internazzjonali ser jingħaqdu flimkien biex jeżegwixxu sett ta' kanzunetti mill-isbaħ mir-repertorju klassiku, taħt id-direzzjoni artistika tal-Ambaxxatur Kulturali Malti Lawrence Renes. Għal darb'oħra, Mejju jġib miegħu l-Valletta Green Festival – li din is-sena se jinfirex madwar il-Belt – minn Bieb il-Belt u jibqa' sejjer sa Pjazza San Ġorġ, fejn iseħħu l-attivitajiet prinċipali. L-infjorata ta' din is-sena ġiet iddisinjata minn Zach Ritchie fuq it-tema 'Tniġġis Żero'. Wieħed jista' jgawdi wkoll il-ġnien ta' fuq il-bejt fil-Valletta Design Cluster, li huwa mistenni jkun fl-aqwa tiegħu dak iż-żmien. The Strada Stretta Concept, taħt id-direzzjoni artistika tal-Profs Giuseppe Schembri Bonaci, jkompli bil-filming u eventwalment il-wiri ta' Loin des yeux du Monde, prestazzjoni tal-kompożitriċi mwielda r-Russja Olga Vassileva u l-awtriċi Franċiża Anna Civert, taċ-ċiklu ta' 30 kanzunetta. Fl-istess xahar, wieħed mill-mużiċisti Maltin ewlenin fil-qasam tal-Jazz Sandro Zerafa, flimkien ma' żewġ ensembles differenti – dwett u trio – ser jippreżentaw 'Last Night When We Were Young'. Dan il-proġett li qed jittella' bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti, se jinkludi masterclasses mingħajr ħlas. Il-proġett kollaborattiv ta' arti viżiva u riċerka fuse huwa marbut mal-komunitajiet madwar il-bini tal-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta. Ikkurata minn Elyse Tonna, din l-esibizzjoni ta' arti pubblika speċifiċi għas-sit se sseħħ fil-madwar tal-Valletta Design Cluster minn tmien artisti kontemporanji u gruppi ta' artisti u tiftaħ virtwalment fit-30 ta' April. Il-proġett ta' fotografija TNAX ikompli b'kompetizzjoni onlajn, filwaqt li ser joħorġu numru ta' sejħiet għall-artisti minn dixxiplini varji biex jagħmlu parti mill-programm tal-Aġenzija. Minħabba s-sitwazzjoni li għaddejja bħalissa, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tirriserva d-dritt li temenda d-dati u dettalji oħra tal-attivitajiet tagħha f'kull ħin. L-aġġornamenti jittellgħu fuq vca.gov.mt
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/15-il-sena-mill-mewt-tad-disinjatur-ray-ashley/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Sue Rossi Bħal-lum 15-il sena ilu, fis-27 ta' April tal-2006, kien miet fl-isptar San Luqa id-disinjatur tal-moda Ray Zammit, magħruf bħala Ray Ashley. Id-disinjatur kellu studio f'Baħar iċ-Ċaqgħaq u kien rinomat għad-disinji uniċi tal-ilbiesi tat-tieġ. Kien ukoll wiċċ prominenti fuq it-televiżjoni u kien ukoll id-disinjatur tal-ħwejjeġ tal-parteċipanta Maltija fil-konkors tal-Miss World. Ray Ashley flimkie n mat-tim kollu wara l-produzzjoni tal-vidjow ta' Let Me Fly ta' Debbie Scerri. Ritratt: Facebook – Debbie Scerri Ray Ashley kien ukoll ħa ħsieb id-disinji tal-ilbiesi tal-ħwejjeġ li ntużaw fil-vidjow Let Me Fly ta' Debbie Scerri. Is-santa tal-mewt ta' Ray Ashley. Ritratt: Arkivji Kull sena, matul dawn il-ġranet, bosta huma dawk il-personalitajiet li ħadmu qrib miegħu, isellmu l-memorja tiegħu. Strieħ fis-sliem.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-min-hi-vivienne/
newsbook.com.mt
Ritratt: Rewind Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba li jixxandar fid-8.50pm fuq TVM, Gino jkellem lil Salvatore dwar l-investigazzjoni tal-qtit ta' misseru. X'se jgħidlu? Min kien ċempillu lil Giuseppe? X'qalu dwar Miguel Gallione? Għaliex Elena u Sergio jinsabu nkwetati ħafna fuq Salvatore. Erminia marret għand Salvatore u qaltlu kif missieru Giuseppe kien jaħsibha dwar id-droga… x'qaltlu? Emilio sar jaf li Laura kien irnexxielha tagħmel kuntratt ma' Gucci… x'qalilha lil Erminia u għaliex kien irrabjat? U Erminia qaltlu li kienet qed tħajjar lil Salvatore biex jakwista biċċa art… xi skop kellha? X'marret tagħmel għandha Agatha? Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla: F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta fid-8.50pm fuq TVM F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta fid-8.50pm fuq TVM Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Tuesday, April 20, 2021 Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa li għaddiet: Siltiet mill-episodju ta' nhar it-Tlieta li għadda minn F'Ġieħ L-Imħabba… Siltiet mill-episodju ta' nhar it-Tlieta li għadda minn F'Ġieħ L-Imħabba… Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Tuesday, April 20, 2021 F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/wara-266-jum-enzo-jinsab-lura-d-dar-carmen/
newsbook.com.mt
"Wara 266 jum ta' żjarat fl-isptar Enzo fl-aħħar ġej lura d-dar" – hekk ħabbret fuq il-midja soċjali Carmen Gusman, il-mara tal-kantant ta' 73 sena li spiċċa rikoverat fi sptar fil-Kanada wara li weġġa' serjament wara li kien waqgħa fl-aħħar ta' Lulju tas-sena l-oħra. Aqra wkoll: Pass 'il bogħod qabel imur lura d-dar "Ġismu jista' jitkisser, imma l-fidi tiegħu fil-Mulej għadha qawwija daqs kemm kienet dejjem! Grazzi Mulej talli tah lura lilna kontra kull mistenni!" kompliet tgħid Carmen hekk kif ħeġġet lin-nies biex ikomplu jżommuh fit-talb tagħhom waqt li esprimiet it-tama tagħha li saħħet Enzo terġa' tiġi għal dik li kienet. Aqra wkoll: L-ewwel ritratti ta' Enzo mindu 4 xhur ilu spiċċa l-isptar
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/santa-klaws-ta-malta-jaghlaq-sninu/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Malta Santa Klaws Albert McCarthy, is-Santa Klaws ta' Malta, illum qed jagħlaq 79 sena. Twieled bħal-lum is-27 ta' April tal-1942. McCarthy beda jagħmilha ta' Santa Klaws meta fl-eta ta' 55 sena kellu attakk serju ta' Bipolar disorder. Sentejn wara meta beda jiġi f'tiegħu, Albert beda jaħdem fil-komunità ta' Ħal Balzan billi twaqqaf radju tal-kumunità. B'hekk bdew isiru attivitajiet biex jinġabru fondi u bdew jitqassmu r-rigali biex iferrħu t-tfal. McCarthy, li huwa eks għalliem, jagħmel dan ix-xogħol biex iferraħ lit-tfal bl-għajnuna ta' martu Lina, li fi żmien il-Milied tilbes ukoll ta' Mrs. Klaws. Aqra wkoll: Filmat: "Trid tifhem li meta ma jġibx ruħu sew, ma jkunx hu imma l-marda" Nawguraw lil Albert McCarthy l-isbaħ xewqt f'għeluq sninu.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ghal-kull-doza-astrazeneca-inghataw-tnejn-pfizer/
newsbook.com.mt
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li sas-Sibt li għadda kienu ngħataw kważi żewġ dożi tal-vaċċin Pfizer għal kull doża Astrazeneca li ngħatat. Dan ħareġ minn żewġ mistoqsijiet li saru mid-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ. Il-Ministru qal li sal-24 ta' April 2021, ingħataw 197,908 dożi tal-vaċċin Comirnaty, prodott mill-kumpanija Pfizer BioNTech. Il-Ministru qal ukoll li sas-Sibt li għadda kienu ngħataw 92,228 doża tal-vaċċin Vaxzevria, magħmul mill-kumpanija AstraZeneca u l-Università ta' Oxford. Il-ġimgħa l-oħra diversi persuni rċevew messaġġi qarrieqa biex javżaw li persuni li għandhom iktar minn 40 sena jistgħu imorru jieħdu l-vaċċin mingħajr appuntament. L-awtoritajiet tas-saħħa appellaw lill-pubbliku biex jinjoraw dan il-messaġġ. SMS qarrieq biex tieħu l-vaċċin tal-Pfizer bla appuntament Il-Kummissjoni Ewropea bdiet tipprepara biex tibda proċeduri legali kontra AstraZeneca, minħabba li naqset bil-kbir milli twassal dożi mwiegħda lill-blokk. Il-Kummissjoni qajmet il-kwistjoni f'laqgħa tal-ambaxxaturi l-Erbgħa, li matulha l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE qalu li se jappoġġjaw il-kawża. L-UE bi proċeduri legali kontra AstraZeneca
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/naghtu-d-demm-ghall-bzonnijiet-ta-dawk-korruti-fuq-il-post-tax-xoghol/
newsbook.com.mt
Ritratt: Greg Altmann / Pixabay Fi tmien din il-ġimgħa ser niċċelebraw Jum il-Ħaddiem, festa pubblika li fiha tajjeb li nonoraw ix-xogħol ta' eluf ta' nies li jaħdmu f'pajjiżna. Iżda f'dan il-Jum tajjeb ukoll li niftakru fir-riskji li għadd ta' ħaddiema ikollhom jaffaċċjaw minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. Naturalment, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm iħeġġeġ lill-ħaddiema kollha josservaw ir-regoli u l-prattiċi li jħarsu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u li wieħed għandu dejjem jaħseb fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx. Jixraq ukoll li f'dan il-Jum niftakru f'dawk il-persuni li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol tul l-aħħar sena, u niftakru wkoll f'dawk il-ħaddiema li korrew serjament u li għadhom qed jiġu operati u rikoverati fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex. Quddiem dawn ir-realtajiet tajjeb li wieħed juri solidarjetà ma' dawn il-ħaddiema billi jersaq u jagħti d-demm: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ Kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż fil-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar Is-Sibt 1 ta' Mejju ser ikun fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Arċipretali, u l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 2 ta' Mejju ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm . fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 4 ta' Mejju ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm. Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/imut-patri-saver-mifsud-fl-eta-ta-87-sena/
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebok - Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl, Rabat - Malta Il-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl, Rabat sellmet u rringrazzjat lill-Patri Saver Mifsud li ħalliena fis-sigħat li għaddew. "Il-Parroċċa ssellem u tirringrazzja lill-Patri Saver Mifsud OSA iben ta' din il-Bażilika li għall-diversi snin ħadem kemm felaħ fil-komunità Agostinjana tal-Parroċċa tagħna u taha kontribut fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Bażilika tagħna speċjalment dawk ta' Corpus u San Pawl li sakemm felaħ baqa' jiġi jagħti sehmu bħala membru tal-komunità Rabtija." kitbu fuq il-paġna uffiċjali tagħhom ta' Facebook biex iħabbru l-mewt tiegħu. Patri Saver qed ikun espost għat-talb fil-kappella tal-Kunvent Agostinjan dalgħodu sal-11.00am u llejla mis-7.00pm sat-8.00pm. Għada l-Ġimgħa 30 ta' April se tiġi ċċelebrata l-quddiesa præsente cadavere fil-Knisja ta' San Nikola minn Tolentino, Ħal Tarxien fid-9.30am. Wara ssir id-difna fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addollorata fl-oqbra tal-aħwa Reliġjużi Agostinjani. Patri Saver, twieled fis-16 ta' Mejju tas-sena 1933. Fis-sena 1952 daħal mal-Agostinjani u fis-sena ta' wara, fl-4 ta' Ottubru 1953 għamel l-Ewwel Professjoni Reliġjuza. Fl-14 ta' Ottubru 1956 wiegħed lil Alla li jgħix il-Voti Evanġeliċi: Faqar, Ubbidjenza u Kastità għal ħajtu kollha. Patri Saver ġie ordnat Saċerdot fit-2 ta' April 1960. Ftit ta' żmien wara, ġie msejjaħ biex jingħaqad mal-aħwa Agostinjani Maltin fl-art tal-Brażil fejn għex il-ħidma pastorali tiegħu bi mħabba kbira. F'din l-art tal-Missjoni, Patri Saver ħadem għal 47 sena bla waqfien f'diversi parroċċi. Il-poplu Brażiljan u kull min iltaqa' miegħu, kellu mħabba speċjali lejh għas-sempliċità tiegħu. Wara li ġie lura għal kollox f'Malta, għal xi żmien għex fil-kunvent tagħna ta' Santa Rita f'San Ġiljan u f'Ġunju tas-sena 2014 kien wieħed mill-membri tal-komunità tal-Patrijiet Agostinjani ġewwa r-Rabat, Malta. Is-skiet, il-ġabra u l-kuruna tar-rużarju kienu dejjem il-"ħbieb" tiegħu. Patri Saver, strieħ fis-sliem!
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/236-persuna-salvati-barra-mill-kosta-libjana/
newsbook.com.mt
SOS Mediterranee salvat 236 persuna, fosthom 114-il persuna minuri li kienu abbord żewġ dinghies fl-ibħra internazzjonali barra mill-kosta tal-Libja. L-awtoritajiet Taljani ħabbru dan. SOS Medterranee, fuq Twitter, qalu li l-immigranti salvati kienu madwar 32 mil nawtiku 'l bogħod mix-xtut t' Al-Zawiya fil-Libja. L-NGO, fuq twitter, qalet li hemm 114 minuri fost l-immigranti.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/live-l-ordinazzjoni-ta-2-qassisin-ghawdxin-godda/
newsbook.com.mt
L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma mexxa l-ordinazzjoni presbiterali ta' Andrew Grima u Fra Etienne Gilson, l-ewwel ordinazzjoni sagra mmexxija mill-Isqof li ġie kkonsagrat f'Awwissu li għadda. L-ordinazzjoni saret fir-Rotunda Arċipretali ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija, fis-6pm. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, iċ-ċelebrazzjoni kienet limitata biss għal min jirċievi stedina. Min huma l-qassisin il-ġodda? Id-Djaknu Andrew Grima, li hu minn San Lawrenz, twieled fl-1994 u talab biex jidħol fis-seminarju ta' 18-il sena. Beda l-kors tal-formazzjoni għas-saċerdozju f'Settembru tal-2013. Irċieva l-ministeru ta' Lettur minn idejn l-Isqof Mario Grech f'Marzu tal-2018 fil-Bażilika ta' San Pietru u San Pawl, in-Nadur, u f'Novembru tal-2019 ġie istitwit bħala Akkoltu fil-knisja parrokkjali tiegħu ta' San Lawrenz. Id-Djaknu Fra Etienne Gilson OFM twieled f'Birkirkara fl-1984, u beda l-mixja reliġjuża tiegħu fl-2001 fi ħdan l-Ordni Franġiskan Konventwal fejn daħal fil-Kunvent ta' Birkirkara bħala postulant. Fl-2004 beda s-sena tal-prova msejħa s-sena tan-Novizzjat f'Osimo, l-Italja. Fl-2005 ipprofessa l-Voti Temporanji fi ħdan l-Ordni Koventwal u kompla l-mixja tiegħu ta' formazzjoni f'Assisi sal-2009. Fil-11 ta' Settembru ta' dik is-sena ħa l-Voti Perpetwi fil-Knisja ta' San Franġisk, Birkirkara. Ilu jagħmel parti mill-Komunità tar-Rabat, Għawdex, għal dawn l-aħħar ħames snin, u wara li ħass is-sejħa biex jagħmel pass ieħor fil-vokazzjoni tiegħu, beda jirċievi l-edukazzjoni akkademika meħtieġa għall-ministeru saċerdotali, fis-Seminarju Djoċesan ta' Għawdex. Ġie ordnat djaknu minn Mons. Grech, bħala Amministratur Appostoliku għal Għawdex, f'Ġunju tal-2020, fuq iz-zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Djoċesi ta' Għawdex Aqra aktar L-Isqof Teuma jħejji għall-ewwel ordinazzjoni saċerdotali tiegħu
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-kelli-impressjoni-hazina-ta-ira-losco-howard/
newsbook.com.mt
Sibtek speċjali fl-1 ta' Mejju, is-Sibt li ġej mimli nies li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm speċjali ħafna fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM ❤️#Sibtek Posted by Sibtek on Sunday, April 25, 2021 L-edizzjoni tal-lum ta' Sibtek se tkun speċjali ħafna għax se nsegwu intervista esklussiva ma' Howard Keith Debono li se jitkellem dwar il-ħajja personali tiegħu, dwar it-tfulija u dwar x'ħaseb meta ltaqa' għall-ewwel darba ma' Ira Losco. Dan minbarra fost ħafna affarijiet oħra. Ritratt: mill-filmat / Sibtek Il-koppja Daniel u Ylenia se jkunu fil-programm biex jitkellmu dwar kif sabu l-imħabba f'xulxin u fejn u kif kienet l-ewwel bewsa tagħhom. Aqra wkoll: Uffiċjali: Daniel u Ylenia jinħabbu! L-attriċi Marisa Calleja Zahra ta' sensiliet bħal F'Ġieħ L-Imħabba u Sorelle ma kellhiex ħajja faċli imma baqgħet dejjem pożittiva u baqgħet miexja 'l quddiem anke fil-maltemp. Illum Marisa hi nanna ta' tnejn u n-neputijiet biddluha f'mara aħjar. Josette Ciappara se jkollha sorpriża ħelwa għal Ryan waqt Sibtek tal-lum. Għandha ħafna xi tghidlu. Il-kantanta Għawdxija Michela Pace se jkollha rwol importanti waqt din l-edizzjoni tal-programm Sibtek li Ryan Borg u Josmar se jkunu qed iwasslu fuq TVM mis-1.15pm 'il quddiem. Ritratt: JJ Chircop
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/film-mahdum-fmalta-fuq-canale-5/
newsbook.com.mt
Ritratt: Xena mill-film. Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset Illejla fis-2am l-istazzjon Canale 5 se jkun qed ixandar il-film Vite In Ostaggio li huwa l-aħħar minn serje ta' sitt films bl-isem 6 Passi nel Giallo li ġew maħduma f'Malta fl-2010. B'direzzjoni ta' Lamberto Bava nsibu fil-partijiet ewlenin lill-atturi Kevin Sorbo, Jane Alexander, Andrea Miglio Risi, Candace Maria Celmer, Christoph Hulsen, Cosima Fusco u Antonio Cupo. Fih naraw is-sehem ta' Paul Portelli u Henry Zammit Cordina kif ukoll naraw lil Louise Tedesco f'xena fejn taqra l-aħbarijiet biex tirraporta l-każ. Ritratt: Xena mill-film. Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset Il-film hu ambjentat f'Malta. Matthias Caruana u Kyle Borg jwettqu serqa minn diskoteka. Waqt li qed jaħarba minn fuq il-post jipprova jwaqqaf iben il-proprjetarju u biex jaħarbu mingħajr xkiel, joqtluh. Jaħarbu minn fuq il-post iżda jkollhom inċident bil-karozza. Il-flus misruqa jinħarqu f'dan l-inċident. Ritratt: Xena mill-film. Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset Jidħlu fid-dar ta' Dave McBain u jieħdu bħala ostaġġi lil martu Giovanna u wliedhom Thomas u Alice. Minn hawn jibdew mumenti sħaħ ta' tensjoni li jagħmlu dan il-film televiżiv wieħed mill-aktar intriganti. Ritratt: Xena mill-film. Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/alfred-sant-jasteni-fuq-rizoluzzjoni-tal-ue-kontra-r-russja/
newsbook.com.mt
Photo: FB.com/AlfredSant L-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant astjena milli jivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għar-rilaxx immedjat u bla kundizzjonijiet ta' Alexei Navalny, u tesprimi d-dispjaċir għall-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja kkawżati mill-aggressjoni tar-Russja u mid-destabbilizzazzjoni kontinwa tal-Ukrajna. Sant iġġustifika l-vot tiegħu billi qal li t-triq il-quddiem għall-UE u r-Russja għandha tkun inqas konfrontattiva u aktar oġġettiva. Filwaqt li spjega l-vot tiegħu, Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li, fuq bosta livelli, il-pożizzjoni tal-Parlament kif deskritta fir-riżoluzzjoni fiha retorika li tista' twassal biss għal aktar eskalazzjoni ta' sentimenti ostili bejn iż-żewġ naħat. "Ovvjament, il-punt aħħari għal eskalazzjoni bħal din jista' jkun il-gwerra, li għaliha t-tort ma jkunx marbut ma' naħa waħda biss". Ir-riżoluzzjoni hija waħda minn sensiela ta' riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jittrattaw lir-Russja u tindirizza primarjament l-iskjerament reċenti ta' truppi Russi fuq il-fruntiera tal-Ukraina, il-priġunerija tal-attivist Russu Alexei Navalny, u allegati attivitajiet illegali mis-servizz ta' inteliġenza militari Russu fit-territorju tar-Repubblika Ċeka li kkawżat splużjonijiet ta' maħżen tal-armi lura fl-2014. Minkejja l-astensjoni tiegħu, Alfred Sant ikkundanna mingħajr ebda riżerva t-trattament li qed jingħata il-mexxej mil-oppożizzjoni Alexei Navalny. "Bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-Russja qed tonqos milli tonora l-impenn tagħha li joħroġ miċ-ċarter tal-Kunsill. Madankollu, ir-riżoluzzjoni tirrepeti u tkabbar l-akkużi li huma parti minn logħba ta' skambju twil bejn ir-Russja u l-kritiċi tagħha. L-oġġettività u t-trasparenza ta' dawn it-talbiet huma dubjużi", qal Alfred Sant. Alfred Sant iddikjara li r-relazzjoni tal-UE mar-Russja għandha tkun ibbażata fuq rispett reċiproku tal-liġi internazzjonali, l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, bil-għan li tissaħħaħ il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun. Ir-riżoluzzjoni ġiet approvata b'569 vot favur, 67 kontra u 46 astensjoni.
[ 3 ]
https://newsbook.com.mt/kien-privilegg-li-niccelebra-gheluq-snini-fl-anniversarju-tal-genituri-tieghi-kurt/
null
newsbook.com.mt
Kurt Calleja, missieru Brian u ommu Rita. Ritratti: Muntaġġ / Facebook il-kantant Kurt Calleja lbieraħ iċċelebra għeluq it-32 sena tiegħu. Twieled fil-5 ta' Mejju tal-1989. Fl-istess jum, il-ġenituri tiegħu, Brian u Rita ċċelebraw 36 sena miżżewġin. Il-koppja żżewġu fl-1985. Fil-messaġġ tiegħu fuq il-profil tiefgħu ta' Facebook, Kurt kiteb li kien ta privileġġ għalih li jiċċelebra għeluq sninu fil-jum tal-anniversarju taż-żwieġ tal-ġenituri tiegħu. "Intom it-tnejn eżempju pur ta' mħabba, rispett, paċenzja, umiltà u għerf," kompla jikteb hu. Huwa beda jitħarreġ fil-vuċi fl-2005 għand Brian Cefai u sentejn wara kien beda jidher fuq it-televiżjoni u beda wkoll jitla' wkoll Londra u sa sentejn wara kien qed jidher b'mod regolari fuq programmi televiżivi f'Malta bħal Don't Stop Me Now u Vespri. Fl-2010 iddebutta fuq livell nazzjonali permezz tad-dwett Waterfall ma' priscilla Psaila waqt il-Malta Euro Song. Il-kanzunetta kienet ta' Mark Debono u Rita Pace. F'Ottubru tal-2010 kien rebaħ it-tielet edizzjoni tal-festival Orfeo fl-Italja, u minn hemm beda jidher f'avvenimenti oħar fil-Bulgarija, fis-Serbja, fil-Polonja u fl-Iżvezja fost pajjiżi oħra. Fl-2011 ħa sehem mill-ġdid fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Over and Over li kklassifikat fit-tielet post. L-opportunitajiet għal Kurt ma naqsux fosthom kien mistieden biex ikanta waqt festi għal għeluq snin l-ikbar ħabiba tal-Prinċipessa tal-Malaysia, kif ukoll biex ikun is-supporting act għall-kunċert ta' Zucchero f'Malta. Kurt kien ukoll jippreżenta l-programm Life&Style fuq l-istazzjon Net.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/l-antropologu-michael-deguara-jintervista-lil-john-b-saliba/
null
newsbook.com.mt
Tpinġija oriġinali ta' John B. Saliba Nhar il-Ġimgħa 7 ta' Mejju 2021 fis-6.00pm, il-Malti-Amerikan John B. Saliba se jitkellem bl-Ingliż mal-antropologu Michael Deguara fuq it-tifkiriet tiegħu tat-Tarzna u Malta fil-Gwerra. Din it-taħdita se tkun miftuħa għal kulħadd u se tixxandar fuq Facebook fuq il-paġna tal-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali u fuq Zoom. Din l-intervista hija parti minn sensiela ta' taħditiet fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta' Riċerka tal-Università ta' Malta u l-Klabb Kotba Maltin. John B. Saliba, Malti ta' 94 sena minn Ħaż-Żabbar li llum jgħix New York se jirrakkonta l-esperjenza tiegħu fit-Tarzna bejn l-1941-1949, u t-tifkiriet ta' żmien il-Gwerra. Dawn l-esperjenzi jinkludu fost l-oħrajn it-tagħlim prattiku li kien isir fil-qasam tas-snajja', l-apprentistat fit-Tarzna, il-periklu u l-inċidenti, ir-relazzjoni tiegħu ma' priġunieri Taljani, il-ġlied bejn l-ajruplani tal-gwerra.Matul it-taħdita se jintwerew ukoll uħud mix-xogħlijiet artistiċi tiegħu.It-taħdita se tkun bl-Ingliż biex ikunu jistgħu jsegwu dawk li ma jafux bil-Malti, fosthom il-familja ta' John Saliba stess. Madankollu, is-Sur Saliba għandu għal qalbu l-ilsien Malti, li ma nesa qatt, u se jkun hemm ħin għal mistoqsijiet u kummenti li jistgħu jsiru bil-Malti.Dr Dawn Adrienne Saliba, in-neputija ta' John Saliba li qed tistudja l-Arkeoloġija fl-Università ta' Malta, kienet strumentali biex issir din it-taħdita.Hemm aktar tagħrif fuq il-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali fuq is-sit . Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Malti (Fakultà tal-Arti,UOM)
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-fejn-waslu-l-kazijiet-fuq-ix-xhieda-kontra-mark-u-sciortino/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Watermelon Media Is-sensiela Fattigi tkompli llejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm fejn se naraw lil Maurizio jiddeċiedi li jmur isib lil Clara wara li din ċemplitlu. X'se jiġri? Se tkun trid tkellmu? Is-sitwazzjoni fil-ħabs tikkomplika ruħha hekk kif Wesley, Paul, Tronki u Edwin ikunu kollha fl-istess wing ta' David u Mark. Tim jirritorna lura ukoll. Kif se tkun ir-reazzjoni tiegħu meta dan jara dal-grupp kollu? Victoria qed tibni każijiet fuq ix-xhieda ta' kontra Mark u anke fuq Sciortino… imma fejn waslet? Mandy tipprova tikkonvinċi lil Francis ma tagħmilx ħmerijiet u tmur tkellem lil Paul il-ħabs. Ritratt: Watermelon Media Dan hu dak li ġara fl-epsiodju tal-ġimgħa l-oħra: Segwi hawn X'gara fl-aħħar Episodju ta' Fattigi Illejla jkompli fuq Net TV …. Posted by Fattigi on Wednesday, May 5, 2021 Fattigi għandu kitba ta' Bryan Muscat bi produzzjoni ta' Watermelon Media.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/software-edukattiv-gdid-ser-ikun-qed-jghallem-lit-tfal-dwar-it-tniggis-fl-arja/
null
newsbook.com.mt
Ġiet żviluppata app immirata lejn tfal tal-primarja, b'informazzjoni fuq sorsi differenti għat-tniġġis fl-arja, l- air quality monitoring network tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-effetti fuq is-saħħa mit-tniġġis fl-arja, u fuq x'jista' jsir fil-prattika sabiex ngħinu biex jonqos it-tniġġis fl-arja. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana u mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Din l-app, li ġiet żviluppata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) flimkien ma' uffiċjali tal-edukazzjoni, tista' tiġi installata fuq it-tablets tat-tfal tal-iskola (One Tablet Per Child Scheme) ser tkun qed tinkludi żewġ mini-games li ser ikunu qed jintroduċu lit-tfal għal numru ta' tibdiliet żgħar li jistgħu jagħmlu fil-ħajja tagħhom ta' kuljum sabiex ikollhom impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-arja. Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li d-destin tal-pjaneta jinsab f'idejn uliedna, u huwa kruċjali għalihom li jiżviluppaw għarfien aktar profond tal-kwistjonijiet ambjentali u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. "Min-naħa l-oħra, l-kwalità tal-arja nnifisha hija kwistjoni urġenti speċjalment f'perjodu fejn is-saħħa pubblika inġenerali qiegħda tingħata ħafna attenzjoni. Fl-Ewropa, l-arja hija iktar nadifa llum milli kienet f'dawn l-aħħar 20 sena, u dan juri li l-azzjonijiet ta' politika u ta' kooperazzjoni kellhom effett pożittiv. Iżda għandna bżonn nagħmlu iktar, u inizjattivi mmirati lejn l-iżgħar membri tas-soċjetà tagħna huma pass fid-direzzjoni t-tajba", qal il-Ministru Farrugia. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana tkellmet dwar l-importanza ta' edukazzjoni ħolistika. Hija qalet li, "Parti essenzjali mill-edukazzjoni ta' wliedna hija li niżguraw li l-istudenti tagħna jingħataw aktar possibilitajiet biex iwessgħu l-għarfien tagħhom lil hinn mill-aspett tradizzjonali tal-edukazzjoni, billi nipprovdulhom l-għodda neċessarja li permezz tagħha huma jistgħu jqanqlu għarfien dwar is-suġġett ukoll". Il-Ministru Caruana qalet ukoll li għalhekk tinkoraġixxi li l-iskejjel ikunu parteċipi fil-programm EkoSkola, inizjattiva mmexxija lokalment minn Nature Trust/FEE Malta, li huwa programm internazzjonali għall-iskejjel kollha, li jgħinhom lejn edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli. Hija faħħret inizjattivi bħal dik tal-lum, għax dawn jipprovdu sfera edukattiva li żżid l-għarfien dwar l-importanza tal-ambjent. Il-Perit Michelle Piccinino, CEO tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), qalet li l-edukazzjoni hija kruċjali għal bidla ambjentali. Din il-logħba edukattiva tolqot ukoll punt li ħareġ minn stħarriġ li għamlet l-Awtorità, li wera li waqt li informazzjoni li tingħata lill-pubbliku hija importanti, l-istess pubbliku jixtieq ikun jaf x'tibdiliet jista' jagħmel biex hu stess jikkontribwixxi għall-protezzjoni ambjentali. Din l-app hija eżempju ċar tal-impenn tal-ERA, ma' kull settur tal-pubbliku, inkluż it-tfal u ż-żagħżagħ li huma l-futur tagħna. L-ERA se tkompli b'aktar kampanji edukattivi, pariri esperti u żvilupp ta' politiki intiżi biex intejbu il-kwalità tal-arja, fost aspetti ambjentali oħra, għall-kwalità tal-ħajja tagħna. Din l-app tista' tintuża minn għalliema tax-xjenzi u għalliema oħrajn li jixtiequ jiddiskutu suġġetti relatati ma' sorsi differenti ta' enerġija u t-tniġġis, li huma żewġ suġġetti li jissemmew fil-Learning Outcomes għax-Xjenzi fil-livell primarju. Din il-kollaborazzjoni u l-app li nħolqot issaħħaħ l-applikazzjoni tax-xjenzi fil-ħajja ta' kuljum u tikkonferma l-importanza li kull wieħed u waħda minna għandu, sa minn età zgħira, fil-ħolqien u manutenzjoni ta' ambjent san. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/dinja-ewropa-se-nkunu-nistghu-nsiefru-fis-sajf/
null
newsbook.com.mt
Hekk kif numru ta' pajjiżi fl-Ewropa qed jgħaġġlu l-proċess tat-tilqim, wara li l-iskossi tal-bidu ġew megħluba, l-attenzjoni ddur fuq kif se jkun jista' jiġi salvat is-sajf minn perspettiva ta' turiżmu wara d-daqqa qawwija li sofra s-settur minħabba l-pandemija. Ċavetta importanti f'dan ir-rigward se tkun il-mod li bih persuni fl-UE se jkunu jistgħu jivvjaġġaw. Wara l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal dak li kien deskritt bħala ċ-ċertifikat diġitali 'aħdar', fl-aħħar jiem il-Parlament Ewropew approva l-pożizzjoni ta' negozjar li se jadotta f'dan ir-rigward. X'jaħsbu l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-MEP Cyrus Engerer? What's on Newsbook: Dinja Ewropa se jsegwi d-diskussjoni dwar dan il-pass importanti li għandu jassigura vjaġġar sigur. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta.
[ 3 ]
https://newsbook.com.mt/sajjied-taljan-jintlaqat-minn-tir-mill-gwardja-tal-kosta-libjana/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Unsplash Sajjied Taljan indarab wara li l-Gwardja tal-Kosta Libjana sparat lejn id-dgħajsa tiegħu. L-inċident ġara wara li l-Libjani sparaw viċin ta' żewġ dgħajjes tas-sajd: l-Aliseo u l-Artemide fil-Mediterran. Dan ħareġ mill-gazzetta Taljana Corriere della Sera li rrappurtat li Salvatore Quinci, is-sindku tal-port Sqalli ta' Mazaro del Vallo qal li membri tal-gwardja tal-kosta Libjani sparaw fuq id-dgħajjes madwar 75 mil mit-Tramuntana tal-belt Libjana ta' Misurata. Quinci żied li għat-tieni darba f'ġimgħa dgħajjes tas-sajd Taljani kienu fil-mira ta' sparar. Minkejja li diversi dgħajjes tas-sajd Taljani kienu involuti f'diżgwid ġo ilmijiet territorjali Libjani, f'dan il-każ id-dgħajjes Aliseo u Artemide ma ġewx sekwestrati mill-awtoritajiet Libjani. It-tensjonijiet dwar drittijiet ta' sajd bejn Sqallija u l-Libja eskalaw fl-2005 wara li l-mexxej ta' dak iż-żmien Muammar Gaddafi ddikjara li ż-żona ta' sajd tal-Libja protetta mill-gvern tiegħu kellha tiżdied b'74 mil nawtiku mill-kosta. Dan minkejja li deċiżjoni bħal din marret kontra l-istandards internazzjonali. Enrico Letta, il-mexxej tal-Partit Demokratiku tal-Italja kiteb fuq Twitter li dan l-aħħar inċident ma jitwemminx u li l-gvern ta' Mario Draghi "m'għandux ikun sodisfatt b'apoloġiji jew spjegazzjonijiet vagi" mill-gvern Libjan. Solidarietà al comandante del #peschereccio italiano e non ci si potrà accontentare di scuse o vaghe spiegazioni. #Libia — Enrico Letta (@EnricoLetta) May 6, 2021 Il-Gvern il-ġdid tal-Libja nħatar f'Marzu li għadda wara żewġ amministrazzjonijiet li kienu fi gwerra ma' xulxin u li mexxew il-Lvant u l-Punent tal-pajjiż rispettivament. Il-gvern Libjan preżenti ħa l-ġurament wara tranżizzjoni tal-poter paċifiku wara 10 snin ta' kaos vjolenti.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/tithabbar-data-gdida-ghall-kuncert-ta-celine-dion-fmalta/
null
newsbook.com.mt
Minħabba l-pandemija Covid-19 li għaddejja bħalissa u minħabba wkoll fir-restrizzjonijiet fuq laqgħat tal-massa, tħabbar li Celine Dion kellha terġa' tiskeda d-dati tat-tour Ewropew tagħha 'Courage World Tour'. Celine & Concerts West / AEG Presents jikkunsidraw is-sigurtà u s-saħħa tal-patruni bħala l-ogħla prijorità. Id-dati oriġinali tal-'Courage World Tour' 2020 fl-Ewropa qabel kienu posposti għall-2021, u b'tama dejjem akbar u determinazzjoni mġedda, id-dati qed jiġu skedati mill-ġdid għall-2023 bil-kunċert f'Malta issa mistenni jsir fis-6 ta' Ġunju 2023 . "Kont verament ħerqana li narakom kollha fl-Ewropa dan is-sajf, imma sfortunatament minħabba s-sitwazzjoni fid-dinja tagħna l-affarijiet jibqgħu jiġu mbuttati lura. Imma taqtgħux qalbkom, inħossuna tassew kuntenti li se nagħmlu l-wirjiet fl-2023 u ma nistax nistenna biex fl-aħħar narakom," qalet Dion. Celine Dion rebħet bosta premjijiet sal-età ta' 18-il sena, iddominat il-pop charts fis-snin disgħin u biegħet kważi 250 miljun album matul il-karriera tagħha ta' aktar minn 35 sena. Hija kisbet ħames Grammy Awards, żewġ Academy Awards, seba' American Music Awards, 20 Juno Awards u 40 Félix Awards. Hija tibqa' waħda mill-aktar artisti tal-irrekordjar mfittxija, u ngħatat id-Diamond Award fil-World Music Awards tal-2004 waqt li ġiet rikonoxxuta bħala l-Aqwa Artist Femminili ta' kull żmien. Il-patruni jistgħu jżommu l-biljett tagħhom għall-kunċert ta' Malta li jkun validu għad-data l-ġdida tas-6 ta' Ġunju 2023 jew jistgħu japplikaw għal rifużjoni hawn sal-31 ta' Lulju 2021 permezz ta' dan il- link . Aqra wkoll: "Kelli tassew tama li nerġgħu nitilgħu fuq il-palk f'xi żmien din is-sena" – Celine Dion
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/beda-l-vjagg-ta-anthea-zammit-ghall-miss-universe/
null
newsbook.com.mt
Anthea Zammit, Miss Universe Malta 2021, ilbieraħ l-Erbgħa telqet minn Malta biex tmur f'Hollywood fl-Istati Uniti biex tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni Miss Universe. L-edizzjoni li jmiss se tkun id-69 waħda ta' Miss Universe. Il-finali se ssir fis-16 ta' Mejju. Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra kienet l-Afrika t'Isfel, irrappreżentata minn Zozibini Tunzi. Anthea Zammit se tkun qed tikkompeti ma' 75 pajjiż ieħor. Normalment ikun hemm 95 pajjiż iżda minħabba l-Covid xi pajjiżi ma jistgħux jipparteċipaw. Aqra: Ritratti: Miss Universe Malta b'donazzjoni lill-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati Waqt li tkun Hollywood, Anthea se tkun involuta f'diversi photoshoots, avvenimenti, u intervisti fost ħafna impenji oħra, filwaqt li ovvjament il-miżuri kollha tal-Covid jiġu rispettati u fis-seħħ bis-sħiħ. Miss Universe Malta huwa f'idejn Alan J. Darmanin, li awgura lil Anthea l-isbaħ xewqat. Kull sena Miss Universe Malta jixxandar dirett fuq TVM. Anthea rebħet id-dritt li tirrappreżenta lil Malta f'Awwissu li għadda meta pparteċipat ma' 25 tfajla oħra waqt li kienet qed tirrappreżenta lil Ħaż-Żebbug. Aqra wkoll: Anthea Zammit tirbaħ Miss Universe Malta 2020
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/aktar-kittieba-jibbenefikaw-minn-hlas-ghall-kotba-taghhom/
null
newsbook.com.mt
Ritratt provdut mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir li l-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku ġiet estiża għal ċirku akbar ta' awturi/tradutturi, edituri, illustraturi u fotografi ta' kotba ppubblikati Malta. Dan wara ftehim importanti li l-KNK laħaq mal-Università ta' Malta. Issa dawk l-awturi/tradutturi, edituri, illustraturi u fotografi li l-kotba tagħhom jissellfu mil-Librerija tal-Università ta' Malta u għandhom ISBN lokali se jibdew igawdu minn ħlas kull darba li l-ktieb tagħhom jissellef. Il-KNK jistieden lil dawk li mhumiex fl-iskema biex jissieħbu billi jirreġistraw minn dil-ħolqa. Il-KNK iqis li dan huwa pass ieħor 'il quddiem għall-indipendenza finanzjarja tal-kittieb. L-iskema tal-ħlas tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku kienet introdotta mill-KNK fl-2015 għal dawk l-awturi/tradutturi, edoturi, illustraturi, u fotografi li l-kotba tagħhom jissellfu mil-libreriji pubbliċi ta' Malta u Għawdex. L-iskema tgħodd kemm għal kotba mitbugħa u anki għal dawk diġitali jew ebooks. Dan it-tagħrif twassal mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Ritratt provdut mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/jiftah-il-valletta-green-festival-2021/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Jason Borg / DOI Il-Valletta Green Festival – l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti – għadu kif fetaħ u ser jibqa' għaddej sa nhar it-Tlieta 11 ta' Mejju. Din hija l-akbar edizzjoni minn mindu beda jittella' l-festival. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, fetħu l-Valletta Green Festival. Ritratt: Jason Borg / DOI "Din hija t-tmien edizzjoni tal-Valletta Green Festival li kull sena kien ta' suċċess u komplejna ninvestu fil-Belt Valletta. Hija parti mill-viżjoni tal-gvern li nintroduċu aktar tħaddir urban u għaldaqstant parti mis-siġar u l-arbuxelli li qed jintużaw waqt dan il-festival ser jitħallew b'mod permanenti sabiex inkomplu nħaddru l-Belt Valletta," qal il-Ministru Herrera. "It-tema magħżula għal din is-sena, dik ta' zero pollution, tirrifletti l-impenn tagħna li nnaqqsu t-tniġġis. Permezz tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Parks Malta, qed noffru spazju kreattiv biex min iżur l-istands jifhem aħjar il-ħidma li qed issir mill-entitajiet u għalfejn din il-ħidma tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ta' pajjiżna," spjegat il-Ministru Dalli. Iċ-Chairman Jason Micallef tenna li, "Fl-okkażjoni tal-akbar edizzjoni tal-Valletta Green Festival, huwa ta' sodisfazzjon għalija li minn din is-sena wara l-Valletta Green Festival ser inħallu legat ta' 25% f'dak li għandu x'jaqsam mat-tħaddir urban tal-Belt Valletta." Ritratt: Jason Borg / DOI Il-festival din is-sena se jkun qed isir madwar il-Belt Valletta, minn Bieb il-Belt sa Pjazza San Ġorġ, fejn se jkunu qed isiru l-attivitajiet ewlenin. L-infjorata ta' din is-sena ġiet iddisinjata mill-artist lokali Zack Ritchie u turi fekruna kkulurita ispirata mit-tema tal-European Green Week ta' din is-sena,'Zero Pollution'. Dawk kollha li qed jidħlu l-Belt qed jintlaqgħu minn ġnien temporanju ispirat mill-ġonna formali tal-passat fi Pjazza Ħelsien, quddiem il-Parlament. Din l-installazzjoni ta' Bieb il-Belt għandha arranġament klassiku li jikkumplimenta l-arkitettura eleganti tal-Belt Valletta u ġiet mibnija bl-użu ta' injam użat, xhieda li l-materjali abbandunati jistgħu wkoll jiġu riċiklati u jingħataw ħajja u skop ġdid. Siġar indiġeni fosthom tal-Prinjol, Riħan u Rand qed iżejnu Pjazza De Valette. Mitt siġra taċ-Ċipress qegħdin tul Triq ir-Repubblika, Pjazza Repubblika u Pjazza San Ġorġ, b'siġar tal-lumi u l-larinġ fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. Bħala parti mill-festival, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi pproduċiet doqqajs (kaxxa tan-naħal) magħmula f'struttura b'injam tal-baħar fi Pjazza San Ġorġ. L-għan tal-installazzjoni huwa li tenfasizza l-importanza tal-pollinazzjoni għall-bijodiversità u kif it-tniġġis jaffettwa dan il-proċess. Il-punti ta' informazzjoni tal-'Water be the Change' mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) fi Pjazza San Ġorġ u Parks Malta ser jipprovdu lill-viżitaturi b'informazzjoni waqt li ser ikunu qed jiġu mwieġba mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u modi kif jitnaqqas il-konsum tal-ilma u t-tniġġis. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun preżenti wkoll fi Pjazza San Ġorġ bi trakk tal-ilma li jagħmel disponibbli ilma tax-xorb b'xejn. Ritratt: Jason Borg / DOI L-edizzjoni ta' din is-sena tal-Kite Festival, b'kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina u l-Fondazzjoni Maltija għall-Benesseri tas-Soċjetà, se ssir fit-8 ta' Mejju fl-10 ta' filgħodu. L-avveniment ta' din is-sena se jsir f'forma ta' workshop onlajn, bin-nies, b'mod partikolari t-tfal, jiġu mistiedna biex jipparteċipaw billi l-Kite Master, is-Sur Guo Hongli, jaqsam il-pariri u t-tekniki dwar kif tibni t-tajra perfetta. Il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, bħala rappreżentanta tal-Fondazzjoni Maltija għall-Benesseri tas-Soċjetà, se tagħmel diskors tal-okkażjoni. Il-parteċipanti huma mistiedna jippreparaw il-materjali meħtieġa minn qabel (li jinsabu fuq il-paġna tal-avveniment fuq Facebook) biex ikunu jistgħu jsegwu. Wieħed jista' jżur ukoll il-ġnien tal-Valletta Design Cluster li huwa parti ewlenija tal-proġett ta' riġenerazzjoni urbana li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wettqet fiż-żona tal-Baviera. Dan il-ġnien huwa aċċessibbli permezz ta' lift li jgħaqqad l-ispazju mal-pjan terran u mal-bitħa ċentrali tal-Valletta Design Cluster u huwa miftuħ għall-pubbliku kuljum mit-8am sas-6pm. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/se-jerga-jinstema-l-hoss-tal-orgni-tal-knisja-ta-marsaxlokk/
null
newsbook.com.mt
L-orgni tal-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk Read in English . Saru r-restawr u l-konservazzjoni fuq l-orgni tas-Santwarju tal-Madonna ta' Pompej f'Marsaxlokk permezz ta' konfinanzjament ta' fondi Ewropej. Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta' Malta u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej qalu li dan sewa €47,000 bi 80% tal-fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea. L-orgni sarlu restawr estensiv fit-teknika tal-orgni u fl-intonazzjoni ħalli l-ħoss tiegħu jkun jista' jerġa' jitgawda mill-Maltin u t-turisti. Matul ir-restawr, it-tastiera kif ukoll il-pajpijiet u l-valvijiet ġew imnaddfa mill-ħmieġ u ġew irranġati l-ħsarat li seħħew matul l-aħħar 70 sena. L-orgni kellu jinħatt f'diversi biċċiet u xi partijiet tal-injam kellhom isiru mill-ġdid. Dan ix-xogħol ta' restawr sar permezz tal-ħidma li twettaq il-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta. L-orgni, tad-ditta Ġermaniza Werner Bosch, kien installat fl-1954 fil-gallarija fuq id-daħla tal-bieb prinċipali tas-santwarju, u jintuża regolarment fil-funzjonijiet reliġjużi. L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbru dan l-proġett lejlet l-festa tal-Madonna ta' Pompej. Preżenti għall-konferenza kien hemm is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta Michael Pace Ross u l-Kappillan ta' Marsaxlokk Dun Luke Seguna. Aqra iktar: Fondi Ewropej għar-restawr tal-koppla taż-Żurrieq Waqt l-inawgurazzjoni , l-Isqof Galea-Curmi tenna li dan x-xogħol ta' restawr sar b' mod metikoluż u kien jirrikjedi ħafna attenzjoni u paċenzja. L-Isqof Awżiljarju rringrazzja lill-poplu Xlukkajr tal-kontribut tiegħu, lis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, u lil dawk kollha involuti b'mod professjonali. Is-Segretarju Parlamentari, Stefan Zrinzo Azzopardi, kompla li dan r-restawr huwa parti minn proġett ferm akbar li jinkludi numru ta' lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex bil-għan li ssir konservazzjoni, protezzjoni u promozzjoni tal-wirt kulturali reliġjuż tagħhom. Kurja – knisja.mt/ritratti Fil-parroċċa ta' Marsaxlokk bħalissa qed jiġu rrestawrati wkoll il-pittura ta' San Andrija mill-artist Giuseppe Bonnici u l-pittura tal-Familja Mqaddsa ta' Giuseppe Calì, li huma wkoll finanzjati b'fondi tal-Unjoni Ewropea. Fl-2019: Filmat: Jibda r-restawr fi 15-il parroċċa minn fondi Ewropej
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/bzonn-ta-3-tipi-differenti-tad-demm/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - National Blood Transfusion Service - Malta Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħareġ sejħa urġenti għal 3 tipi ta' demm biex kull min hu f'saħħtu jikkonsidra li jersaq biex jagħti d-demm kemm jista' jkun malajr, possibbilment illum stess bejn it-8am u s-6pm. Bħalissa l-Bank tad-demm jeħtieġ: 70 borża demm O Positive 70 borża demm A Positive 10 boroż demm O Negative Għal iktar tagħrif dwar l-għoti tad-demm żuru www.blood.gov.mt jew ċemplu 79307307 jew 80074313
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/jigri-xjigri-int-tibqa-destiny-taghna/
null
newsbook.com.mt
Destiny mal-familja tagħha. Ritratt: Facebook - Alexia Chukunyere Il-kantanta Destiny Chukunyere dalgħodu fis-7.35am se tibda l-vjaġġ tagħha lejn il-Eurovision fejn se tkun qed tipparteċipa fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest li se jsir fit-18 ta' Mejju f'Rotterdam fl-Olanda. Alexia, omm Destiny, ħalliet messaġġ ta' awgurju f'ħajjet il-kantanta li hija ddeskriviet bħala wieħed li s'issa ma kienx wieħed faċli minħabba d-diversi ostakli u li seħħew iżda li Destiny xorta baqgħet taħdem lejl u nhar għalih. Aqra: Filmat: "Niddedika din il-kanzunetta lin-nannu tiegħi" – Destiny "Int qatt ma qtajt qalbek u bis-saħħa tiegħek qatt ma naqset milli tiskantana," kitbet l-omm hekk kif illum se tkun qed titwettaq il-ħolma ta' Destiny u tal-familja tagħha. "Nawguralek l-isbaħ xewqat u l-barkiet ta' Alla f'dan il-vjaġġ mill-isbaħ. Ma jimpurtax dak li jiġri int dejjem tkun Destiny," kompliet tgħid Alexia fil-waqt li Fakkritha li l-anġlu kustodju tagħha, (in-nannu ta' Destiny) hu kburi ħafna biha u se jkun magħha matul dan il-vjaġġ. Mur urihom minn dak li int magħmulham" kitbitilha l-omm fiwaqt li pubblikament irringrazzjat lin-nies kollha ta' Malta u Għawdex għall-imħabba u l-appoġġ konstanti lejn it-tifla tagħha. It… Posted by Alexia Chukunyere on Friday, May 7, 2021 Nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, ġurnata qabel ma' Destiny se tkun qed tipparteċipa fil-Eurovisiion Song Contest, l-istazzjon 103 se jkun qed jiddedika programm maratona ta' 18-il siegħa dedikat lill-Eurovision Song Contest. Aqra: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/nar-flondra-40-persuna-midruba/
null
newsbook.com.mt
Aktar minn 40 persuna ndarbu f'nirien li ħakmu blokka ta' 19-il sular f' Londra li għandha kisi simili għal dak ta' Grenfell Tower fejn kienu mietu 72 persuna fl-2017. Erbat itfal u 38 adult ġew evakwati mill-bini u ingħataw trattament tal-ewwel għajnuna fuq il-post. Żewġt irġiel ittieħdu l-isptar wara li belgħu kwantitajiet kbar ta' duħħan. Madwar 100 pumpier kienu fuq il-post biex jitfu n-nar waqt li l-paramediċi u l-pulizija ukoll kienu fuq il-post. In-nar viċin id-distrett finanzjarju ta 'Canary Wharf seħħ kważi erba' snin wara li mietu 72 persuna fit-traġedja tat-Torri Grenfell. Il-kisi użat fuq il-blokka ġie identifikat bħala r-raġuni għaliex in-nar infirex malajr, u minn dakinhar instab fuq bini ieħor madwar il-pajjiż. Propju din is-sena l-gvern tar-Renju Unit stabbilixxa kif se jgħin biex jiffinanzja t-tneħħija tal-kisi minn bini residenzjali għoli madwar il-pajjiż. Erba' snin ilu Ifakkru t-traġedja tal-Grenfell Tower; 17-il familja bla akkomodazzjoni permanenti
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/destiny-llum-bl-ewwel-prova-taghha-frotterdam/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Carlton Agius Wara li lbieraħ, is-Sibt, Destiny waslet fl-Olanda għall-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, illum il-Ħadd 9 ta' Mejju Destiny se tkun qed tagħmel l-ewwel provi tagħha f'Ahoy Stadium f'Rotterdam, fl-4.40pm. Il-provi jibqgħu għaddejjin sal-5.10pm. Skont l-informazzjoni maħruġa b'mod uffiċjali mill-organizzaturi, illejla wkoll bejn is-6.30pm u s-6.55pm Destiny se tkun qed tiltaqa' mal-ġurnalisti preżenti sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom. Aqra wkoll: Filmat: 7 pajjiżi għamlu l-ewwel provi tagħhom għall-Eurovision Wara llum, il-provi li jmiss għal Destiny se jkun nhar il-Ħamis 13 ta' Mejju fl-10.30am u mill-ġdid se tkun qed issegwi biex tirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Aqra: Destiny fi triqitha lejn il-Eurovision Sa nhar is-Sibt 15 ta' Mejju, il-parteċipanti tal-Eurovision se jkunu għamlu żewġ provi fl-Ahoy Stadium, minbarra l-Awstralja li għal din l-edizzjoni tal-festival mhux se tkun qed tipparteċipa mill-Olanda iżda permezz ta' filmat li jitwassal dirett mill-pajjiż. Destiny se tkun qed tipparteċipa fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest it-Tlieta 18 ta' Mejju bil-kanzunetta Je Me Casse. Aqra wkoll: "Jiġri x'jiġri int tibqa' Destiny tagħna" Ġurnata qabel, it-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsilejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra wkoll: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-kull-haga-gdida-li-gigi-taghmel-hija-memorja-sabiha-ira/
null
newsbook.com.mt
"Kieku n-nanna tiegħi li kienet tgħix Lixandra kieku bla dubju li kienet issejħilha Gigì" tibda biex tgħid Ira Losco f'din l-intervista ma' newsbook.com.mt għal Jum l-Omm, fejn tispjega wkoll kif intagħżel dan l-isem. "Jien dejjem xtaqt li lit-tifla nagħtiha isem qasir u playful. Kien jogħġobni ħafna l-isem ta' Ava imma kontx ċerta mill-pronunċja mingħand ċertu nies. Gigi huwa isem sabiħ ħafna," tkompli biex tgħidilna. Ira tqis li hi u żewġha Sean Gravina kienu ffortunati għax meta twieldet Gigi fi żmien il-pandemija kienu bdew jitneħħew bosta restrizzjonijiet u l-irġiel bdew jitħallew jidħlu fid-delivery suites. Madanakollu Ira kellha ftit biżgħat meta waslet biex tixtri t-tieni wild tagħha għax beżgħat li kieku qabditha l-Covid kien se jkollha tkun mifruda mit-tarbija fl-ewwel ġranet tat-twelid tagħha. Ira kienet emozzjonata meta laqqgħet għall-ewwel darba lil Gigi ma' Harry, l-ewwel wild tagħha. Tgħidilna li Gigi tikser għonqha biex tara fejn Harry jkun meta jkun fl-istess kamra. Mumenti memorabbli Ira tgħid ukoll li Harry iħobb ikanta u mument memorabbli huwa meta kienu jkunu qed jaraw X Factor u kien ikun qed jaraha fuq it-televiżjoni. Tgħidilna wkoll li ta' età iżgħar ommha kienet turih il-vidjows mużikali ta' Ira u minn dejjem kien jinteressa ruħu filwaqt li tiżvela wkoll li Harry ħobb il-kant ukoll. Dwar Gigi, Ira tgħidilna li kull ħaġa ġdida li ċ-ċkejkna tagħmel, huwa mument memorabbli għaliha. Ira b'messaġġ lil ommha Margaret Apparti li Ira qed tiċċelebra Jum l-Omm, ommha Margaret ukoll qed tiċċelebra dan il-jum kemm bħala omm kif ukoll bħala nanna ta' tlieta. "Lil Mamà ngħidilha grazzi ta' dak kollu li tagħmel miegħi u ma' ħuti. Li ma kienx għaliha ma kontx nagħmel nofs l-affarijiet li għamilt," tgħid Ira hekk kif tispjega li kienet ommha li għallmitha tirrispetta lil ħaddieħor u biex tgħożż dak li kellha żmien ilu, fil-bidu tal-karriera tagħha. Ira f'Jum l-Omm U llum f'Jum l-Omm, x'inhuma l-pjanijiet ta' Ira? "Probabbilment li niekol ikla tajba u li nqatta' ftit ħin ta' kwalità ma' Sean u mat-tfal. Segwi l-intervista sħiħa hawn taħt:
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/l-imhabba-tal-omm-tidher-bhajjitha-izjed-milli-bil-kliem-l-arcisqof/
null
newsbook.com.mt
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-imħabba tal-omm tidher iżjed b'ħajjitha milli bil-kliem. Huwa kompla jista' jkun li l-omm mhijiex l-akbar mudella fid-dinja jew mhix dik li forsi wieħed ipinġi fl-immaġinarju tiegħu imma l-kwalità essenzjali ta' dik il-mara, hija li hi omm. L-Arċisqof qal dan fl-omelija tiegħu fil-Knisja ta' Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun fl-okkażjoni ta' Jum l-Omm kif ukoll tal-inawgurazzjoni tax-xelter 'Il‐Milja' li huwa għal nisa li esperjenzaw vjolenza u għal uliedhom. L-Arċisqof għamel referenza għall-kitba mill-Bibbja li tgħid, "Hekk ħabbejtkom jien" u spjega li Ġesù jgħid dan il-kliem fil-jum għażiż magħruf bħala Ħamis ix-Xirka. Żied li ftit sigħat wara din il-kelma għażiża ta' Ġesù, hu jiġi tradut b'bewsa, arrestat, ittorturat, ikkundannat bla ħtija, u msallab. "Hekk ħabbejtkom jien. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi" (Ġw 15:9). Mons. Scicluna qal li Ġesù jitkellem dwar il-kmandamenti tiegħu imma meta jagħżel wieħed, imur lejn il-qalb ta' kollox. "Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien" (Ġw 15:12). Spjega li Ġwanni Pawlu I, li dam papa 33 jum biss għaliex miet, fl-1978 kien laħaq ta erba' udjenzi ta' nhar t'Erbgħa, u f'waħda minn dawn ir-riflessjonijiet tkellem ukoll dwar Alla li hu Missier imma jaf ukoll iħobb bħalma tħobb l-omm. Huwa staqsa dwar x'inhi din l-imħabba partikolari u spjega li din mhijex biss imħabba li tilqa' u tagħti l-ħajja, imma mħabba li ssegwik mill-qrib u mill-bogħod. Il-ħarsa tal-omm fuq uliedha, huma min huma u għamlu x'għamlu, hija dejjem ħarsa ta' ħniena, ħarsa ta' mogħdrija. Huwa rringrazzja lil Alla li ħalaq lil omm, li twelled fit-tbatija u tagħti l-ħajja u l-ferħ, trabbi fil-ferħ u fit-tbatija. Żied li anke l-missier għandu sehem f'din l-imħabba tal-omm u kompla li t-traġedja hija meta dawn l-imħabbiet jitbiegħdu jew jitilfu t-togħma bnina tagħhom. "It-talba li nagħmlu lill-Mulej illum hija talba għall-ommijiet tagħna u għall-ommijiet kollha tad-dinja. Immaġinaw persuna f'sitwazzjoni diffiċli. Imqar f'nofs baħar fil-Mediterran, jew il-ħabs jew f'residenza għar-rekupru ta' min hu dipendenti mid-droga, jew inkella f'ambjent fejn għandu bżonn jitbiegħed minn ommu. Immaġinaw il-qalb ta' dik l-omm għal dak iż-żagħżugħ jew żagħżugħa, għal dak l-iben jew bint." Scicluna żied li jekk tifhem il-qalb tal-omm, tibda tifhem xi ftit il-qalb ta' Alla u qal li kif jista' jkun li wieħed jaqta' qalbu mill-imħabba ta' Alla jekk hu jfakkrek fix-xbieha sabiħa tiegħu meta fil-preżenza tal-omm. Huwa sellem lill-ommijiet, ħajjin u mejtin u ftakar f'dawk l-ommijiet li għaddejjin minn mumenti ta' diffikultà. Kompla li, f'dawn il-jiem, meta jara l-filmati li ġejjin mill-Indja, immarkata b'mod drammatiku mill-pandemija tal-COVID-19, jaħseb f'tant familji milquta, ommijiet li qegħdin imutu minħabba din il-pjaga, ommijiet li qed jitilfu lil żwieġhom u lil uliedhom. Żied li l-omm iġġorr il-ferħ tad-dinja imma ġġorr ukoll in-niket. Huwa ta parir liż-żgħażagħ u lil dawk kollha li għandhom lill ommijiethom għadhom ħajjin, lil dawk li m'għadhomx u lil dawk li jikkwalifikaw bħala ommijiet biex meta jiċċelebraw għeluq sninhom jiftakru li dak huwa l-vera Jum l-Omm għall-ommijiet u l-vera Jum il-Missier għall-missirijiet. Huwa appella li f'għeluq snin il-persuna jingħata bukkett fjuri, kartolina jew quddiesa lil omm li ma ftakritx biss fiha nnifisha. L-Arċisqof Charles Scicluna llum inawgura xelter li se jipprovdi servizz lin-nisa u uliedhom li jesperjenzaw vjolenza. Scicluna qal li dan se jitmexxa mill-fondazzjoni Sebħ, għaqda mhux governattiva tal-Arċidjoċesi ta' Malta li tmexxi erbat idjar residenzjali għat-tfal u żgħażagħ. Il-Knisja tinawgura shelter għan-nisa li jesperjenza vjolenza
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/kejk-mediterranju/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Clayton Brincat Riċetta u ritratt: Clayton Brincat Ingredjenti 4 bajdiet mhux mill-friġġ 3 kwarti ta' kikkra zokkor 3 kwarti ta' kikkra żejt taż-żebbuġa light kwart ta' kikkra meraq tal-larinġ kwart ta' kikkra għasel ta' Malta mgħarfa kannella mgħarfa zokkor ismar kikkra u nofs dqiq self-raising nofs kuċċarina melħ 3 mgħaref lewż mitħun mgħarfa baking powder qoxra maħkuka ta' 2 larinġiet nofs kuċċarina ilma żahar 2 mgħaref lewż (flakes) għal wiċċ Metodu Ħallat ġo kontenitur il-lewż mitħun, id-dqiq, il-melħ, il-baking powder u l-kannella u poġġihom f'ġenb. Ġo mixer ħabbat il-bajd u ż-żewġ tipi ta' zokkor għal madwar 8 minuti sakemm il-konsistenza tat-taħlita tkun waħda magħquda. Żid ftit ftit iż-żejt, il-meraq tal-larinġ u l-għasel. Żid ukoll it-taħlita tad-dqiq u l-ingredjenti niexfa tal-bidu. Fl-aħħar żid il-qxur tal-larinġ u l-ilma żahar. Ferra' t-taħlita ġo borma-forn jew reċipjent tawwali. Aħmi ġo forn sħun minn qabel f'temperatura ta' 160 ̊Ċ, għal 15 minuta. Oħroġ il-kejk, ferra' l-biċċiet tal-lewż fil-wiċċ u erġa' aħmi għal 15-il minuta oħra.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-qed-nibza-li-t-tfal-se-jiehdu-l-gustizzja-bidejhom/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: mill-filmat / Nostalġija Illejla fid-8.50pm jixxandar is-seba' episodju mis-sensiela Nostalġija fejn se naraw kif ġo gorboġ f'Ħal-Ħieles, Grabiel ma jiflaħx u l-qassis jasal qabel it-tabib. L-istorja ta' mħabba bejn Julian u Ethel tkompli b'kużità fejn se twassal. It-taxi driver isib lil Grezzju u issa jidher li se jirritalja. U fl-aħħar insiru nafu x'għandu f'moħħu t-taxi driver. Odette tinfixel kull darba li jsemmulha lil missierha. Imma għaliex? John jibqa' ffissat jaqra l-ktieb li taħ il-kappillan.Frank għadu jsus wara Ġina u jipprova jitkixxef fejn toqgħod. Ċensina tinsisti ma' Salvu biex tkun taf eżatt x'qallu l-kappillan. Ethel tirċievi telefonata mingħand Julian. Imma min hemm fuq il-linja? U Sally tiddeċiedi li tmur għand il-kappillan għas-sodisfazzjon. Marija twassal ittra li rċeviet għand il-kappillan u dak li fiha l-ittra huwa xokkanti. Philip irid jagħmel vendetta mis-sur George talli dan mhux iħalliħ joħroġ. X'jagħmel ? Nostalġija għandu kitba u produzzjoni ta' Ronald Saliba b'direzzjoni ta' Charles Stroud. Ritratt: mill-filmat / Nostalġija
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-is-sorelle-xqed-jahsbu-fuq-il-htif-ta-karly/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Rewind Din il-ġimgħa Sorelle se jkompli fuq TVM b'ħames puntati ġodda li żgur se jkunu qed joħolqu diskussjoni fuq il-midja soċjali fost is-segwaċi ta' din is-sensiela popolari li bħalissa tinsab fit-tieni staġun. Jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm. It-Tnejn 10 ta' Mejju X'inhuma jaħsbu dwar il-ħtif ta' Karly? Kif qed tħossha Martina? Susan iltaqgħet ma' Valerio u tatu l-borża bid-djamanti… qaltlu li xtaqet tpattiha lil Leo ta' dak li kien għamlilha… iżda Valerio x'qalilha? Lorraine u Samantha marru biex jiltaqgħu ma' min kellu jġib it-tarbija.. tgħid jiġi? … u Vince x'inhu jħejji biex jaqbduh? Ritratt: Rewind It-Tlieta 11 ta' Mejju Anton, ir-raġel li kien arrestat bil-konnessjoni tal-ħtief tat-tarbija ġie nterrogat minn Vince.. x'qallu? X'raġuni ta għaliex kien hu li wassal it-tarbija lil Lorraine. Samantha u Lorraine marru l-isptar biex it-tarbija tiġi eżaminata u Naomi marret tiltaqa' magħhom… x'qaltilhom li ħasdithom biha? Ritratt: Rewind L-Erbgħa 12 ta' Mejju Vince qal lil Naomi dwar Anton Bezzina u dak li kien intqal dwar l-interrogazzjoni… x'se jagħmlu bit-tarbija? Leo ċempel lil Valerio biex jistaqsih dwar il-valur tad-djamanti li kienet tagħtu Susan… x'qallu dwarhom? X'ġara xħin Anton telaq mid-depot? Ritratt: Rewind Il-Ħamis 13 ta' Mejju Susan Bailey reġgħet marret tiltaqa' ma' Valerio… x'parir taha biex forsi taċċetta u ttih in-nofs l-ieħor tad-djamanti? Min huma Mario u Doreen? X'kienet sabet Doreen meta ħarġet mill-karozza u marret wara siġra? Sadanittant Annalise marret id-depot biex ikellmuha. Curmi ċempel lil Vince… x'kien ġara? Ritratt: Rewind Il-Ġimgħa 14 ta' Mejju Valerio u Susan tkellmu dwar il-kumplament tad-djamanti… ma' min riedet tikkonsulta qabel ittih risposta? Leo x'qallu lil Valerio. Vince mar id-dar ta' Angela biex jgħidilhom x'kien ġara. X'inhuma qaħsbu dwar it-tarbija li kienet ingħatat Lorraine? Annalise ċemplet lill-ommha… x'qaltilha? U George x'qalilha xħin ċemplet lilu wkoll? Ritratt: Rewind Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Kull episodju jkollu repetizzjoni dak inhar fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. L-episodji ta' matul il-ġimgħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Ritratt: Rewind
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-9-pajjizi-ohra-jlestu-l-ewwel-provi-ghall-eurovision/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Thomas Hanses / EBU Matul il-Jum tal-Ħadd, 9 pajjiżi oħra, fosthom Malta, lestew l-ewwel provi tagħhom għall-Eurovisio. B'hekk tlestew il-provi tal-parteċipanti tal-ewwel semifinali tat-Tlieta 18 ta' Mejju. Ċipru fetħu l-provi permezz ta' Elena Tsagrinou bil-kanzunetta El Diablo b'korjografija ma taqta xejn mill-bidu sal-aħħar tal-kanzunetta. In- Norveġja segwew bil-kanzunetta Fallen Angle ta' TIX. Vokalment inħass li ma kienx daqstant b'saħtu kif kien meta ġie magħżul biex jirrappreżenta lil pajjiżu fil-Eurovision. Albina għall- Kroazja bil-kanzunetta Tick Tock, wirja li nħasset li kienet ferm aħjar minn dak li kien ġie ppreżentat fil-pajjiż meta ntagħżlet biex tirrappreżenta 'l pajjiżha. B'saħħitha wkoll il-parti fejn il-kanzunetta titkanta bil-Kroat. Hooverphonic għall- Belġju segwew bil-kanzunetta The Wrong Place. Il-kanzunetta ġiet deskritta li qed twassal vuċijiet impekkabbli mill-bidu sal-aħħar. Il-wirja ta' Eden Alene għall-Iżrael bil-kanzunetta Set Me Free ġiet deskritta bħala waħda enerġetika. Il-vuċi tal-kantanta Roxen għar-Rumanija bil-kanzunetta Amnesia għall-ewwel ma kkonvinċitx iżda ssudat sa tmiem l-ewwel prova li saret ilbieraħ. Efendi għall- Ażerbaiġan bil-kanzunetta Mata Hari toffri ħoss etniku li jġiegħlek tiċċaqlaq. Għalkemm il-kanzunetta hi waħda pjaċevoli biex tisma' ingħad li vokalment setgħet kienet ħafna aħjar. L- Ukrajina bil-kanzunetta Shum ta' Go-A toħloq atmosfera interessanti fuq il-palk tal-Eurovision u ġiet deskritta bħala waħda dinamika. Malta b'Destiny u Je Me Casse għalqet il-provi fil-Jum tal-Ħadd. B'vuċi impekkabbli Destiny impressjonat għalkemm fuq il-midja soċjali bosta Maltin kkritikaw id-dehra tagħha fuq il-palk tal-Eurovision. Illum it-Tnejn ikomplu l-provi billi jitilgħu fuq il-palk l-ewwel grupp mit-tieni semifinali tal-Ħamis 20 ta' Mejju: San Marino, Estonja, Repubblika Ċeka, Greċja, Awstrija, Polonja, Moldova, Iżlanda u s-Serbja. Aqra wkoll: Filmat: 7 pajjiżi għamlu l-ewwel provi tagħhom għall-Eurovision Bħal-lum ġimgħa, it-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsilejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra wkoll: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/tmut-frances-gauci-mit-tim-problemi-tal-qalb/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Frances Gauci Tħabbret il-mewt ta' Frances Gauci miż-Żurrieq, persuna magħrufa sew mas-segwaċi tal-programm Problemi tal-Qalb li jitwassal fuq l-istazzjon One Radio nhar ta' Ħamis fit-8.30pm. IL-programm jitmexxa minn Ivan Gaffiero u Joan Agius, li hija wkoll Viċi Sindku taż-Żejtun. Agius kitbet ukoll li Frances Gauci kienet persuna mill-aqwa, li kienet maħbuba minnhom lkoll. Kienet membru attiv ħafna tal-programm Problemi tal-Qalb u li qatt ma tilfet ġimgħa biex tmur u tgħin lil ħaddieħor minkejja li kienet kibret fl-età. Permezz tal-impenn tagħha Frances kienet għenet lil tant nies matul il-programm. "Għażiża Frances int kont ħabiba kbira u figura ta' omm għal ħafna minn dawk li ġew jitolbuna biex ngħinuhom. Strieħ fis-sliem ħabiba u l-kondoljanzi lil uliedek u lill-familja li tant ħabbejt. F'isem it-tim tal-programm Problemi tal-Qalb fuq One Radio, nixtieq nirringrazzjak għal darba oħra. Strieh fis-sliem ħabiba," kitbet Joan Agus biex issellem lil Gauci. Frances Gauci miż-Żurrieq kienet persuna mill-aqwa, kienet maħbuba minna lkoll. Hija għenet lil tant nies matul… Posted by Joan Agius on Tuesday, May 11, 2021 Frances, strieħ fis-sliem.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/sophia-loren-tirbah-unur-fl-italja-bhala-l-aqwa-attrici/
null
newsbook.com.mt
Għaliha din kienet is-seba' darba li rebħet dan l-unur li hija rċeviet quddiem udjenza li qamet iċċaqcpilha. Viżibilment emozzjonata, fid-diskors tagħha Lorena qalet li li lanqas trid temmen li rċeviet l-ewwel unur ta' David di Donatello aktar minn 60 sena ilu iżda fis-serata tal-bieraħ qed tħoss l-emozzjoni daqslikieku kienet l-ewwel darba. "Anżi l-emozzjoni hija ikbar," qalet l-attriċi li rebħet dan l-unur għall-interpretazzjoni tagħha ta' Madame Rosa fil-film La Vita Davanti, jew kif wieħed jista' jsegwih bħala The Life Ahead fuq Netflix. Aqra wkoll: Wara snin twal wieqfa, Sophia Loren tirritorna bħala attriċi "Forsi dan kien l-aħħar film tiegħi. Jien mingħajr iċ-ċinema ma nistax ngħix," ikkummentat l-attriċi waqt li qalet ukoll li se tkun qed taqsam dan l-unur mal-attur ta' 12-il sena Ibrahima Gueye li ħadem magħha f'dan il-film li kellu direzzjoni ta' binha Edoardo Ponti. Ritratt: muntaġġ mill-filmat
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-aktar-pajjizi-jlestu-l-ewwel-prova-taghhom-ghall-eurovision/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Andres Putting / EBU Ilbieraħ matul il-ġurnata tat-Tnejn bdew l-ewwel provi tal-ewwel grupp mit-tieni semifinali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Il-provi se jkunu qed ikomplu dalgħodu biex b'hekk il-pajjiżi paretċipanti fiż-żewġ semifinali jkunu lestew l-ewwel provi tagħhom. San Marino fetaħ il-provi bil-kantanta Senit li diġà kienet irrappreżentat lil dan il-pajjiż fl-2011. Kellha terġa' titla fuq il-palk tal-Eurovision is-sena l-oħra u wara li tħassar minħabba fil-pandemija, hija kienet l-għażla naturali biex din is-sena xxejjer il-bandiera ta' dan il-pajjiż. L-ilbies tal-kantanta nħass pjuttost stramb. Uku Suviste għall- Estonja b'The Lucky One f'wirja simili għal dik li kienet ġiet ppreżentata fl-għażla tal-kanzunetta tal-pajjiż. Hemm tibdil żgħir biex jirfinaw il-prestazzjoni tagħhom. Wirja sempliċi li però ma ddejqekx. Benny Cristo għar- Repubblika Ċeka bil-kanzunetta Omaga. Akkumpanjat minn żewġ żeffiena irġiel, u aktar tard fil-wirja minn żewġ żeffiena nisa, intqal li l-kantant hu vokalment batut. Il-parteċipazzjoni tal- Greċja fil-Eurovision Song Contest dejjem tkun waħda mistennija. Din is-sena għandhom lil Stefania bil-kanzunetta Last Dance. Iż-żfin ma jonqosx u l-vuċi tal-kantanta ġiet deskritta bħala impekkabbli! Vincent Bueno għall-Awstrija bil-kanzunetta Amen. Din se tkun wirja fejn se naraw ħafna dwal, simili għal dik ta' rajna fl-2019 meta l-Iżvezja pparteċipaw bil-kanzunetta Too Late For Love ta' John Lundwig. Lestew ukoll l-ewwel prova tagħhom il- Polonja li qed jipparteċipaw bil-kanzunetta The Ride interpretata minn Rafal. Akkumpanjat minn erba' żeffien, se naraw dwal jmixgħula fuq l-idejn u l-atmosfera tinħass bħala waħda tas-Snin 80. Daði & Gagnamagnið għall- Islanda bil-kanzunetta 10 Yeears se jieħduna fl-ispazju. F'din il-wirja hemm l-użu tal-wind machines u tad-dwal u se naraw ukoll l-atmosfera tal-aljeni li naraw fil-logħob elettroniku. Il-ġurnata tal-provi waslet fi tmiemha bil-grupp Hurricane li qed jirrappreżentaw lis-Serbja bil-kanzunetta Loco Loco. Il-wirja tagħhom hi waħda enerġetika li tiġbed l-għajn. Matul il-ġurnata tal-lum se jkunu qed jagħmlu l-ewwel provi tagħhom it-tieni grupp mit-tieni semifinali: Ġorġja, Albanija, Portugall, Bulgarija, Finlandja, Latvja, Żvizzera u d-Danimarka. Il-Eurovision Song Contest se jkun qed jittella' it-Tlieta 18 tta' Mejju, il-Ħamis 20 ta' Mejju u s-Sibt 22 ta' Mejju. Il-kanzunetta Maltija Je Me Casse interpretata minn Destiny se tkun qed titwassal fl-aħħar pożizzjoni tal-ewwel semifinali. Aqra: "Jien ġejt biex nagħmel dmiri" – Destiny Il-provi għall-Eurovision bdew is-Sibt li għadda bl-ewwel grupp mill-ewwel semifinali ta' bħal-lum ġimgħa. Aqra wkoll: Filmat: 7 pajjiżi għamlu l-ewwel provi tagħhom għall-Eurovision Il-Ħadd li għadda saru l-provi tat-tieni grupp mill-ewwel semifinali, li magħhom kien hemm il-kantanta Destiny. Aqra: Filmat: 9 pajjiżi oħra jlestu l-ewwel provi għall-Eurovision It-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsilejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra wkoll: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/jien-gejt-biex-naghmel-dmiri-destiny/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Andres Putting / EBU "Il-libsa li lbist fl-ewwel rehearsal jiddefinixxi eżatt x'inhu "empowerment". Ħalli nerġa nibda billi ngħid li lili għobitni u li jien kont komdu fiha," stqarret il-kantanta Destiny Chukunyere fuq il-midja soċjali b'riferenza għall-ħafna kummenti negattivi li kien hemm wara li lbieraħ telgħet fuq il-palk tal-Eurovision għall-ewwel provi tal-interpretazzjoni tal-kanzunetta Je Me Casse. Il-kantanta kkummentat li l-qies tagħha mhuwiex dak li s-soċjetà imdorrija bij, jew inkellja il-libsa u d-dehra hija aktar importanti mill-wirja tal-artist. "Imma Jien qiegħda hawn biex nagħmel dmiri. Din mhux xi gimmick imma din hija l-istorja ta' ħajti," temmet tgħid hi. Let me start by saying… Posted by Destiny Chukunyere on Monday, May 10, 2021 Destiny se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetat Je Me Casse, li sa mill-bidu kienet fost il-favoriti mad-djar tal-imħatri. Il-Ħamis 20 ta' Mejju se tkun qed tittella' t-tieni semifinali filwaqt li l-finali se tixxandar minn Rotterdam is-SIbt 22 ta' Mejju. Aqra wkoll: Eurovision: Malta ma tibqax il-favorita li tirbaħ It-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsilejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra wkoll: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-biex-taparsi-naghtu-rikreazzjoni-liz-zghazagh-se-nisqulhom-il-velenu-lill-mohh-l-arcisqof/
null
newsbook.com.mt
L-Arċisqof Charles Scicluna kkritika r-riforma fil-liġi tal-kannabis u staqsa jekk aħniex persważi li din hija l-aħjar ħaġa għaż-żgħażagħ. Huwa fisser li "biex taparsi nagħtu rikreazzjoni liż-żgħażagħ" se nkunu qed "nisqulhom il-velenu lill-moħħ." Mons. Scicluna qal dan waqt l-omelija fil-quddiesa li qaddes dalgħodu għall-festa ta' San Ġorġ Preca fl-awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM. Huwa rrefera għal San Ġorġ u kif dan ta ħajtu għaż-żgħażagħ. Qajjem mistoqsija dwar x'jgħid San Ġorġ Preca kieku jara ż-żgħażagħ tal-lum. L-appell tiegħu jkun biex nieħdu ħsiebhom u nagħtuhom tagħlim sabiħ, mhux okkażjonijiet ta' vizzju, spjega l-Arċisqof. Għalhekk staqsa jekk aħniex persważi li l-aħjar pass 'il quddiem huwa wieħed li jwassal biex "tifel żagħżugħ jgħid lil ommu, 'Dik tista' ma, qisek qed tixtri pakkett sigaretti, issa għandna l-liġi!'" Mons. Scicluna fisser li b'hekk se jiżdied il-gwaj fil-familji. Skontu, lill-għawġ inkunu qed niftħulu l-bieb beraħ u ngħidulu, "Għaddi, idħol, jekk jogħġbok – ħassar liż-żgħażagħ tagħna, dgħajfin forsi, jew impressjonati minn sħabhom, u l-ommijiet u l-missirijiet ma jistgħu jagħmlu xejn, għax legali." Il-fehma tal-Caritas, l-OASI u l-psikjatri "Proposta li tinnormalizza l-użu tal-kannabis tista' tolqot ħażin lis- soċjetà" Fil-fehma tal-Arċisqof, il-liġi f'Malta kif inhi hija tajba għax il-Qorti tgħin liż-żgħażagħ li jinqabdu bid-droga biex jaqtgħu l-vizzju u mhux jintbagħtu l-ħabs, iżda ġaladarba lil dak li jkun tgħidlu li 'kollox sew', skont l-Arċisqof tkun qed tisqi l-velenu lil moħħu. Irrefera għall-ordinazzjoni ta' erba' saċerdoti ġodda s-Sibt li għadda, u spjega kif qalilhom, "intom tridu tkunu mhux biss ħabbara tal-Evanġelju, imma intom stess tridu tkunu aħbar tajba, bħalma kien għall-poplu Malti u Għawdxi l-għażiż Dun Ġorġ." L-ordinazzjoni tas-Sibt li għadda "Fejn taraw ġerħa, kunu duwa u faraġ" – L-Arċisqof lill-4 saċerdoti ġodda "Kemm tkun ħaġa sabiħa li nifhmu 'l-paċi magħkom' meta ngħiduha lil xulxin" L-Arċisqof irrifletta wkoll fuq il-pandemija. Qal li lil San Ġorġ Preca missna nitolbuh jeħlisna mill-coronavirus b'wiċċ il-ġid, imma fl-istess waqt, nifhmu li rridu nirsistu flimkien, anke ma' pajjiżi oħra, biex neħilsu minn din il-burraxka. Semma kif il-Papa Franġisku lmenta li inutli l-pajjiżi għonja li għandhom il-mezzi jaħsbu li ħarġu mill-pandemija jekk il-pajjiżi l-fqar għadhom għaddejjin minnha, għax f'familja, inutli jfiq it-tifel il-kbir jekk iż-żgħir ikun għadu marid b'xi ħaġa tittieħed. Għalhekk, l-Arċisqof insista fuq il-ħtieġa li verament nieħdu ħsieb xulxin u naħfru lil xulxin. Semma kif San Ġorġ kien iħobb jipprietka fuq il-paċenzja – dik li tfisser anke li tissaporti l-kuntrarju ta' li temmen int mingħajr ma tagħmel frattarija. Żied jgħid, "Kemm tkun ħaġa sabiħa li nifhmu 'l-paċi magħkom' meta ngħiduha lil xulxin. Xi rridu nfissru? Ejjew nimxu flimkien, id f'id." Dwar San Ġorġ Preca Ġorġ Preca twieled il-Belt Valletta fl-1880 u miet f'Santa Venera fl-1962. Ta' 8 snin il-familja tiegħu marret toqgħod il-Ħamrun fejn għex il-parti l-kbira ta' ħajtu. Kien magħruf bħala saċerdot qrib ħafna ta' Alla. Fl-1907 flimkien ma' grupp ta' żgħażagħ fosthom Eugenio Borg waqqaf il-fergħa maskili tas-soċjetà tad-duttrina Nisranija, li mbagħad bdiet tissejjaħ MUSEUM. Fl-1910 flimkien ma' Ġannina Cutajar waqqaf il-fergħa tan-nisa. Fil-parroċċi nibtu ċentri ta' katekeżi. L-Arċisqof qal li għalkemm dawn naqsu, il-bżonn tat-tagħlim għadu magħna, għaliex wara kollox, kif kien jgħid Dun Ġorġ stess, "It-tagħlim hu l-għajn ta' kull ġid." Fl-2018 Ritratti: L-Arċisqof jinawgura l-istatwa ta' San Ġorġ Preca fis-Swatar
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/thalluhomx-jeghrqu/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Miguela Xuereb 75 persuna jinsabu bejn sema u ilma abbord dgħajsa fl-ibħra Maltin jistennew li jiġu salvati. L-NGO Alarm Phone, permezz ta' tweet spjegat li dawn in-nies qegħdin fuq dgħajsa ffullata li ma tantx fadlilha fjuwil. Tenniet ukoll li riesaq il-lejl u li l-kundizzjonijiet tat-temp huma perikolużi. F'appell li għamlet lill-Forzi Armati ta' Malta u lill-Unjoni Ewropea, l-NGO qalet li llum diġà kien hemm żewġ nawfraġji. Enfasizzatli l-ħajjiet għandhom jitpoġġew l-ewwel u għandhom jiġu salvati minnufih. 🆘~75 people in distress South of #Malta ! Put life before borders and rescue them NOW! pic.twitter.com/HRrulLIbyW — Alarm Phone (@alarm_phone) May 10, 2021 Dalgħodu l-NGO Alarm Phone kitbet fuq Twitter li 419-il persuna kienu jinsabu abbord ħames dgħajjes fl-ibħra Maltin. Dak il-ħin kienu qed jistennew li jiġu salvati f'sitwazzjoni li l-NGO ddeskriviet bħala waħda kritika. X'ġara dalgħodu: 419-il persuna jistennew l-għajnuna fl-ibħra Maltin – Alarm Phone B'rabta mal-każ ta' dalgħodu, Alarm Phone akkużat lill-awtoritajiet Maltin li minkejja li ġew infurmati bil-preżenza ta' dawn id-dgħajjes fiż-żona ta' tiftix u salvtaġġ Maltija, l-ebda azzjoni ma ttieħdet. Mistoqsijiet li Newsbook.com.mt bagħat lill-Forzi Armati ta' Malta dwar il-każi ta' dalgħodu għadhom ma ġewx imwieġba. Intant, Newsbook.com.mt tkellem ma' saċerdot Taljan, li huwa wkoll il-Kappillan tal-NGO Mediterranea Saving Humans. Don Mattia Ferrari qal li l-immigranti jinsabu fuq dinghy iswed u fil-baħar qawwi huwa diffiċli biex jintlemah. "Qed nibżgħu li Malta tħallihom jegħrqu jew tordna pushback", żied jgħid Ferrari.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/id-devoti-tal-grotta-tal-madonna-ta-lourdes-bdonazzjoni-lid-dar-tal-providenza/
null
newsbook.com.mt
Dar tal-Providenza Joseph Vella, li jieħu ħsieb il-grotta tal-Madonna ta' Lourdes fil-Marsa flimkien ma' ibnu Mario u għadd ta' volontiera, ippreżenta għotja ta' €1,140 lil Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza. Din l-għotja saret fi tmiem quddiesa kkonċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa. Is-somma nġabret matul is-sena minn għotjiet li ngħataw fil-grotta minn devoti tal-Madonna ta' Lourdes. Din il-quddiesa ilha ssir kull sena mill-1981 meta Mons. Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar tal-Providenza, qaddes l-ewwel quddiesa f'din il-grotta fis-sena li kienet iddedikata għall-persuni b'diżabbiltà. Minħabba l-miżuri tal-Covid-19 il-quddiesa kellha ssir fil-Knisja Parrokkjali minflok fil-grotta stess kif kien isir fl-imgħoddi. Fl-2017 Il-Marsa tfakkar quddiesa iddedikata għall-persuni b'diżabilità
[ 2, 13 ]
https://newsbook.com.mt/taljana-tinghata-6-dozi-ta-vaccin-ta-covid-19-bi-zball/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Flickr Taljana ta' 23 sena ngħatat sitt dożi ta' vaċċin kontra l-Covid-19 bi żball. Dan ġara lbieraħ fl-isptar ta' Noa fil-belt ta' Massa, meta t-tfajla kienet imlaqqma bi flixkun sħiħ tal-vaċċin Pfizer. Normalment il-professjonisti mediċi jinjettaw doża waħda wara li jkunu ppreparaw dan. Jirriżulta li pass tekniku nqabeż mill-professjonisti li kienu qed jagħtu l-vaċċin, u wara li ndunaw bl-iżball infurmaw lit-tfajla minnufih. It-tfajla, li qed titħarreġ l-isptar fil-psikoloġija klinika, ingħatat l-appuntament bħala ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Id-Dipartiment tas-Saħħa (ASL) tat-Toscana fetaħ inkjesta biex isir magħruf x'wassal għall-inċident u r-raġuni għaliex ġew ippreparati sitt dożi tal-vaċċin u mhux wieħed. Skont rapporti tal-Agenzia Giornalistica Italiana, studji li saru dwar dożi eċċessivi tal-vaċċin kienu fuq erba' dożi. Wara li ngħatat it-trattament, il-mara ntbagħtet id-dar wara li nżammet l-isptar għal 24 siegħa.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/mousse-tal-frawli/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Tanya Zammit Riċetta u ritratt: Tanya Zammit Ingredjenti 350g frawli 50g zokkor 200g whipping cream (kiesaħ) 4 frawliet sħaħ għal wiċċ Metodu Aħsel u qatta' l-frawli. Itfgħu ġo blender jew food processor u żid iz-zokkor. Warrab kwart tal-pureè u qassam f'erba' tazzi żgħar. F'reċipjent poġġi l-whipping cream u ħawwad il-krema b'mixer tal-elettriku sakemm togħla u żid magħha il-kumplament tal-pureè u ħawwad flimkien b'mgħarfa. Żid il-mousse fit-tazzi. Poġġihom fil-friġġ għall-inqas siegħa qabel ma tpoġġi l-frawla sħiħa fil-wiċċ ta' kull tazza. Ritratt: Tanya Zammit
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/coffee-gateau-maghmul-bl-irkotta-u-l-jogurt-grieg/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Kenneth Azzopardi Riċetta ta' Kenneth Azzopardi Ingredjenti Għall-krema tal-kafè 150g gallettini sempliċi 4 mgħaref trab tal-kokotina 500g irkotta. 4 mgħaref likur tal-kafè mgħarfa u nofs icing sugar 200ml ħalib Għas-saffi tal-gallettini 300gr gallettini sempliċi 200ml ilma sħun 2 kuċċarini zokkor 4 kuċċarina instant coffee Għall-wiċċ 500g jogurt Grieg 2 kuċċarina icing sugar 1 mgħarfa likur tal-kafè 2 mgħaref lewż inkaljat biex iżejnu Metodu Farrak il-gallettini fil-proċessur tal-ikel sakemm isiru fini. Fi skutella separata żid l-irkotta, it-trab tal-kokotina, l-icing sugar u likur tal-kafè. Ħallat fi blender sakemm tkun krema, żid fil-gallettini mfarrka u ferra l-ħalib. Ħawwad sewwa u daħħal fil-friġġ għal siegħa. Ħallat il-kafè mal-ilma sħun u z-zokkor u ħallih jiksaħ. F'dixx rettangolari għatti l-bażi bil-gallettini. Xarrab il-gallettini bit-taħlita tal-kafè. Għatti l-gallettini b'saffi uniformi tal-krema tal-kafè. Irrepeti dan darbtejn oħra u spiċċa b'saff ta' gallettini mxarrba bil-likwidu tal-kafè. Għatti bi cling film u kessaħ fil-friġġ għal sagħtejn. Ħallat il-jogurt Grieg mal-icing sugar u l-likur tal-kafè. Il-wiċċ Għatti l-gateau bit-taħlita tal-jogurt u ferrex bil-lewż. Daħħal fil-friġġ sakemm tkun se sservi. Ritratt: Kenneth Azzopardi
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-anthea-zammit-illejla-fil-finali-ta-miss-universe/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Anthea Zammit / mill-filmat Anthea Zammit illejla se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fid-69 edizzjoni tal-konkors Miss Universe li se jsir fis-Seminole Hard Rock Hotel & Casino f'Hollywood, fl-Istati Uniti. "Inwegħdkom li se nagħmel ħilti," Anthea ikkummentat f'filmat fuq il-paġna tagħha ta' Facebook filwaqt li rringrazzjat lil kulħadd għall-appoġġ li kellha s'issa. Posted by Anthea Zammit on Friday, May 14, 2021 Anthea jumejn ilu spikkat meta waqt ix-xow tal-Miss Universe tal-kostumi tradizzjonali u nazzjonali hija mmuddellat b'verżjoni moderna u mill-isbaħ tal-Għonnella. L-Idejn stampati fuq il-libsa huma tar-residenti ta' Fondazzjoni Nazareth. Dawn saru biex issir promozzjoni tal-inklussività tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-kostuma huwa ta' Etienne Schembri. Aqra wkoll: Filmat: L-Għonnella ssib postha fil-Miss Universe 74 pajjiż se jkun qiegħed jieħu sehem fl-edizzjoni li se tittella' llejla li se jkollha preżentazzjoni tal-attur Mario Lopez, magħruf l-aktar għas-sensiela Saved By The Bell, kif ukoll ta' Olivia Culpo li kienet rebħet il-konkors ta' Miss Universe fl-2012.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/sforzi-amerikani-biex-tirrenja-l-kalma-sostenibbli-fil-medda-ta-gaza/
null
newsbook.com.mt
Unsplash Envoj Amerikan wasal Tel Aviv għal taħditiet hekk kif il-ġlied bejn Iżrael u l-Palestina kompla jintensifika ruħu. Id-deputat Assistant Segretarju għall-affarijiet Iżraeljani-Palestinjani Hady Amr se jieħu sehem fid-diskussjonijiet biex isaħħaħ l-isforzi li qed isiru biex terġa' jirrenja 'l-kalma sostenibbli'. Dalgħodu attakk mill-ajru min-naħa t'Iżrael fuq l-medda ta' Gaża qatel 10 persuni waqt li l-militanti Palestinjani sparaw rokits lejn Iżrael. Il-vjolenza ta' din il-ġimgħa kienet l-agħar waħda f' Gaża sa mill-2014. Tal-inqas 150 persuna mietu fl-istrixxa ta' Gaża u x-xatt tal-Punent. Jiżdiedu l-imwiet fil-ġlied bejn l-Iżrael u l-Palestina
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/covid-19-4-kazi-godda-u-jfiqu-7-ohra/
null
newsbook.com.mt
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 4 każi ġodda ta' Covid-19 mill-1,996 swab test li saru filwaqt li fiequ 7 persuni oħra. B'hekk bħalissa hawn187 każ attiv fil-komunità. Ma kien hemm l-ebda mwiet u għalhekk in-numru ta' vittmi għadu ta' 417. 5 każijiet ġodda u l-ebda mewt ieħor bil-Covid-19 Sal-bieraħ ingħataw 400,118 doża tal-vaċċin, li 272,025 minnhom kienu tal-ewwel doża. Intant, aktar kmieni llum, il-Ministru Chris Fearne ħabbar li sa l-Erbgħa, Malta kienet tat aktar minn 400,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Jingħataw 'l fuq minn 400,000 doża tal-vaċċin tal-COVID-19
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-qed-nahdmu-biex-inwasslulkom-3-minuti-memorabbli-destiny/
null
newsbook.com.mt
"Mal-ewwel darba li smajt Je Me Casse kont naf li din kellha tkun il-kanzunetta li biha kelli nmur għall-Eurovision," hekk stqarret Destiny Chukunyere f'filmat li s-sit uffiċjali tal-YouTube Eurovision Song Contest tellgħu bħala parti mis-sensiela Music First. Hija tkompli tgħidqalet li meta l-kanzunetta ntagħżlet bdew jaħdmu biex jirfinawha u hija kuntenta biha mmens. Destiny, li għandha 18-il sena, tgħid li tliet kelmiet li jiddeskrivu din il-kanzunetta huma "enerġija", "qawwa" u "divertiment". Għal Destiny, il-kanzunetta tirrifletti l-karattru tagħha. Il-kanzunetta għandha messaġġ qawwi u l-aktar frażi li togħoġobha apparti "Excuse my French" hija "If i show some some skin if doesn't i'm giving in". Aqra: Tapit ta' 25,000 pjanta tal-fjuri għal Destiny Il-kantanta li nhar it-Tlieta 18 ta' Mejju se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest twiegħed li flimkien mat-tim kreattiv tagħha qed jaħdmu biex iwasslu spettaklu memorabbli ta' tliet minuti fuq il-palk tal-Eurovision. Aqra: "Jien ġejt biex nagħmel dmiri" – Destiny It-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsillejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-imqarrun-bil-gobon-chilli-u-lumi/
null
newsbook.com.mt
Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti (Isservi 2-3) 40g butir bla melħ kwart ta' kuċċarina trab taċ-chilli milli jaħraq kuċċarina u nofs qoxra maħkuka tal-lumi 4 kuċċarini meraq tal-lumi 30g dqiq plain 500ml ħalib sħun, imma mhux mgħolli 85g cheddar matur, maħkuk 60g ġobon Gruyere, maħkuk 60g mozzarella, maħkuka 230g mqarrun f'biċċiet żgħar li jkun imsajjar Method Dewweb il-butir f'borma u żid it-trab taċ-chilli, il-qoxra maħkuka u l-meraq tal-lumi. Żid id-dqiq u ħawwad sakemm ikollok taħlita magħquda. Żid il-ħalib ftit ftit u ibqa' ħawwad biex ikollok taħlita bla boċċi. Żid il-ġobon u l-għaġin imsajjar u ħallat tajjeb. Poġġi l-għaġin biz-zalza f'dixx tal-fornm ferrex aktar ġobon fil-wiċċ u daħħal fil-forn diġà msaħħan għal 200 ̊Ċ għal 20 minuta. Wara li toħorġu mill-forn agħmlu taħt il-grill sakemm jieħu kulur dehbi.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-lura-malta-wara-16-il-sena-fl-art-imqaddsa/
null
newsbook.com.mt
Patri Noel Muscat jinsab lura Malta wara li kien ilu missjunarju fl-Art Imqaddsa mill-2004 u għex hemm għal 16-il sena. F'intervista ma' Newsbook.com.mt Fr Noel spjega għaliex hemm bżonn il-preżenża tal-Patrijiet Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Huwa għamel ħames snin bħala rettur tas-Seminarju, erba' snin f'Betlem bħala Surmast tan-Novizzi u kien ukoll Superjur tal-Bażilika tal-Qabar ta' Kristu. Dan l-aħħar kien ukoll il-Ġetsemani u anke Superjur taċ-Ċenaklu. L-Art Imqaddsa hija l-art fejn inkitbet il-Bibbja u fejn Ġesù għex għal 33 sena. L-Art Imqaddsa hija Lvant Nofsani fejn illum hemm l-Eġittu, il-Palestina (Iżrael), il-Libanu, il-Ġordan, is-Sirja u anke l-Iraq. L-aktar parti importanti mill-Art Imqaddsa għall-Insara hija l-parti tal-Palestina fejn hemm l-aktar postijiet qaddisa għax hemm għex Ġesu. Il-bidu tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa Il-patrijiet Franġiskani waslu fl-Art Imqaddsa fl-1217 u San Franġisk stess kien mar sentejn wara meta kien mar mal-ħames kruċjata. San Franġisk kien iltaqa' ma' Al-Malik al-Kamil, is-Sultan Eġizzjan fejn kien ta permess lill-patrijiet ta' San Franġisk jivjaġġaw liberament fit-territorju tiegħu. Fr Noel kompla jgħid li żmien wara, il-patrijiet kienu ġew imkeċċijin iżda fl-1333 kienu reġgħu marru u baqgħu hemm sal-lum. Ir-Re ta' Napli ta' dak iż-żmien kien irnexxielu jixtri ċ-ċenaklu u hemm il-Franġiskani kellhom l-ewwel kunvent. Disa' snin wara, il-Papa Klement VI ħatar il-patrijiet Franġiskani bħala kustodji tal-Art Imqaddsa Il-Patrijiet Franġiskani llum fl-Art Imqaddsa Il-Patrijiet Franġiskani jinsabu mferrxin fl-Art Imqaddsa fosthom fl-Eġittu, f'Iżrael u l-Palestina, fil-Ġordan, is-Sirja, fil-Libanu, f'Rodi u Ċipru. Fil-ġżejjer ta' Rodi u Ċipru l-Insara kienu jieqfu nofs triq biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Art Imqaddsa. L-ewwel xogħol tal-Franġiskani għal dawn l-aħħar snin hu li jkunu l-kustodji tas-santwarji, fejn jieħdu ħsieb qrib 50 santwarju. F'dawn is-santwarji jilqgħu l-pellegrini u hemm 298 patri minn madwar id-dinja kollha. Fr Noel qal li l-Franġiskani għandhom ukoll tliet ċentri ta' studju fosthom is-Seminarju Teoloġiku ta' Ġerusalemm, l-istudju Bibliku Franġiskan u ċentru fil-Kajr tal-Istudju Kristjani Orjentali. It-tieni xogħol tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa hu dak tal-kura pastorali tal-Insara. Fr Noel saħaq li hemm inqas minn 2% tal-popolazzjoni li huma Nsara għax il-maġġoranza huma Musulmani u Lhud. Ix-xogħol tal-Patrijiet mal-Insara Kattoliċi fl-Art Imqaddsa ma jsirx biss Pastorali iżda wkoll soċjali. Dawn l-insara huma diskriminati għax huma ftit fin-numru u jbatu biex isibu xogħol u dar fejn joqogħdu. Il-Franġiskani jgħinu lill-Insara b'dan il-mod ukoll u anke joffru edukazzjoni lit-tfal u djar b'kera baxxa. Il-kustodja tħaddem aktar minn 1,000 persuna sabiex ikun hemm l-edukazzjoni tal-istudenti u tkun tista' tmexxi l-pellegrini. Kif affettwat il-pandemija tal-Covid-19 lill-Patrijiet? Fr Noel spjega li sa Frar tal-2020 kien hemm ħafna pellegrini li kienu qegħdin iżuru l-Art Imqaddsa iżda dawn waqfu ħesrem mal-bidu tal-pandemija. Il-patrijiet baqgħu fl-Art Imqaddsa iżda mingħajr ma jmorru pellegrini u setgħu biss jitolbu fis-santwarji. Il-patrijiet baqgħu jieħdu ħsieb lill-Insara bir-restrizzjonijiet kollha li hemm. Ħafna mill-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-patrijiet sfaw mingħajr xogħol. Il-patrijiet xorta baqgħu iħallsu lil dawn il-ħaddiema li jaħdmu magħhom u ma keċċewhomx. F'postijiet bħal Iżrael, l-istat għen lill-ħaddiema iżda f'postijiet oħra bħal Betlem li jinsab fl-istat Palestinjan, dawn kellhom iħallsu l-paga kollha tal-ħaddiema. Kif tista' tgħin lill-missjoni tal- Art Imqaddsa ? F'kull pajjiż hawn Patri responsabbli biex jibgħat il-flus lejn din il-missjoni. F'Malta hawn Patri Anthony Chircop OFM li huwa l-Kummissarju tal-Art Imqaddsa. Kull sena ssir il-ġabra tal-Art Imqaddsa u l-Maltin ikunu jistgħu jgħinu fiha. F'Għawdex il-patrijiet iduru l-knejjes jiġbru għal din il-missjoni huma stess. It-tieni mod ta' kif wieħed jgħin il-Franġiskani fl-Art Imqaddsa huwa li jieħu sehem fil-pellegrinaġġi li jagħmlu. Min jixtieq jgħin din il-missjoni jista' jċempel fuq 21242254 jew jibgħat email fuq: comalt@ofm.org.mt. Filmat: "Fl-Art Imqaddsa nħossni sigur daqslikieku Malta" – Patri Malti
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/jirdoppjaw-l-kazi-tal-varjant-indjan-fl-ingilterra/
null
newsbook.com.mt
Il-Gvern Ingliż ħabbar li mhux jeskludi li jintroduċi restrizzjonijiet lokali u reġjonali biex tiġi indirizzata ż-żieda ta' każijiet tal-varjant virus li kien identifikat fl-Indja. Fl-aħħar sebat ijiem kien hemm 1,313 każ komparat mal-520 fil-ġimgħa ta' qabel. Il-Prim Ministru Boris Johnson qal restrizzjonijiet "ekonomiċi u soċjali" jistgħu jerġgħu jiġu imposti f'partijiet mill-Ingilterra jekk meħtieġ. Huwa qal li dawn il-miżuri jistgħu jinkludu li t-tieni doża tal-vaċċin tingħata qabel dak pjanat, fl-iktar żoni milquta. Johnson qal li s-sitwazzjoni hija waħda ta' ansjetà u mhu jeskludi xejn. Is-sitwazzjoni tar-Renju Unit qed toħloq ukoll tħassib f'pajjiżi oħra hekk kif numru ta' pajjiżi, nkluż Malta, qed jiddependu fuq is-sitwazzjoni fl-Ingilterra minħabba d-dipendenza tagħhom għat-turiżmu dan is-sajf. Aqra wkoll Il-varjant Indjan jista' jkun newtralizzat mill-vaċċin tal-Pfizer u l-Moderna – EMA
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/jinghataw-l-fuq-minn-400000-doza-tal-vaccin-tal-covid-19/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: EC - Audiovisual Service Il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, il-Ħamis ħabbar li sa l-Erbgħa, Malta kienet tat aktar minn 400,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan ħabbru fuq post fuq Facebook, fejn ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu l-vaċċin. Ilbieraħ, il-Ministru Fearne ħabbar li mit-Tnejn li ġej, dawk kollha li għandhom 16-il sena jew aktar se jkunu jistgħu jirreġistraw biex jieħdu t-tilqima ta' kontra l-Covid-19. Mit-Tnejn min hu 16+ jista' jirreġistra għall-vaċċin "Kulħadd għandu jieħu t-tilqima f'dan il-mument pożittiv" – Abela Intant, waqt kollegament fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar kif kien kruċjali li fl-aħħar xhur il-gvern investa bis-saħħa fix-xiri tal-vaċċin tant li ntlaħqet l-400,000 doża tal-vaċċin. Abela appella biex kulħadd jieħu t-tilqima f'dan il-mument pożittiv. "Il-pandemija għadha magħna. Għalhekk kruċjali li nibbilanċjaw dan is-sens ta' ottimiżmu ma' rieda b'saħħitha u b'kawtela," temm jgħid Abela.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/tunattoga-u-mbaghad-tahdita-ma-gradwati-tal-malti/
null
newsbook.com.mt
#tunattoga Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F'din it-taħdita se jipparteċipaw tmien kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti, li qabdu toroq differenti wara l-Baċellerat. Huma se jitkellmu fuq studji oħra li wettqu wara l-kors, u fuq oqsma ta' xogħol differenti li wassalhom għalihom il-Malti. Minkejja li din l-attività hija primarjament immirata lejn l-istudenti tal-Malti, kulħadd huwa mistieden isegwiha u jaqsam il-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu wkoll. L-attività se ssir fid-19 ta' Mejju fis-7pm u se tixxandar live fuq il-paġna tal-Għaqda tal-Malti fuq Facebook. Dan it-tagħrif twassal mill-Għaqda tal-Malti.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/dan-il-kantant-illum-jaghlaq-38-sena-gharaftu/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: minn filmat Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant Glen Vella, rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tal-festival Mużika Mużika. Glen illum qed jiċċelebra għeluq it-38 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-14 ta' Mejju tal-1983. Glen, li huwa wieħed mill-kantanti l-aktar segwiti f'Malta, beda l-karriera tiegħu fl-età ta' 13-il sena. Studja l-vuċi kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika. Huwa wkoll għandu ċertifikat tal-Victoria Music and Arts College biex iħarreġ il-vuċi lil kantanti oħra. Aqra wkoll: Glen Vella jirbaħ Mużika Mużika Glen kiseb ħafna għarfien fix-xena lokali wara li għal bosta snin kien kantan resident fi programmi televiżivi bħal Kalamita, Showtime, Sas-Sitta u Sibtijiet Flimkien. Dan minbarra numru kbir ta' musicals li ħa sehem fihom. Illum il-ġurnata huwa wieħed mill-fundaturi tal-Animae Gospel Choir. Is-sena l-oħra Glen kien ippreżenta wkoll il-programm Kaxxa Daqq li xxandar fuq TVM. Bla dubju li wieħed mill-ikbar suċċessi ta' Glen kemm f'Malta u anki barra minn Malta kien fl-2011 meta rrappreżenta 'l pajjiżna fil-Eurovision bi-kanzunetta One Life ta' Paul Giordimaina u Fleur Balzan. Aqra wkoll: Filmat: "Rebħet il-kanzunetta Maltija" – Glen Glen huwa minn Birkirkara u huwa miżżewweġ ma' Sandro Zammit. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-gurnata-ntemmet-bsorpriza-kbira-destiny/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Facebook - Destiny Chukunyere Għal Destiny l-ġurnata tal-lum spiċċat b'soriża kbira hekk kif f'Rotterdam waslet ommha Alexia li issa se tkun qed tappoġġja lill-kantanta żagħżugħa proprju mill-viċin. "Il-ġurnata ntemmet bl-ikbar sorpriża. Ommi telgħet Rotterdam biex tagħtini l-appoġġ tagħha," kitbet Destiny waqt li kitbet li tinsab iddispjaċuta li ma tistax tgħannaq magħha lil ommha minħabba fir-ristrezzjonijiet. Proprju llum ħabat ukoll għeluq snin Alexia, omm Destiny u għaldaqstant Destiny setgħet tawguralha mill-viċin, anke jekk minn wara ħġieġa. "Inħobbok ħafna mà. Inwegħdek li se nagħmlek kburija bijja kemm meta nkun fuq il-palk, u kemm meta ma nkunx!" temmet tgħid Destiny. Aqra wkoll: Destiny b'messaġġ lil ommha f'għeluq sninha Intant, it-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsillejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra wkoll: Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/glied-bejn-il-palestina-u-izrael-l-ambaxxatur-jintalab-imur-flukanda-minhabba-l-periklu/
null
newsbook.com.mt
Twitter Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-awtoritajiet Maltin jinsabu f'kuntatt kontinwu mal-ambaxxaturi Maltin f'Ramallah, Franklin Aquilina, u f'Tel Aviv, Patrick Cole. F'post fuq Facebook Bartolo qal li ż-żewġ ambaxxaturi qalu li qed jgħixu mumenti diffiċli ħafna u spiss qed ikollhom imorru f'refuġju minħabba l-attakki fil-ġlied bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani. Iż-żewġ ambaxxaturi Maltin infurmaw lill-awtoritajiet Maltin li minn dak li jafu s'issa l-Maltin fl-inħawi għad ma ġralhom xejn. Il-ġlied beda f'Sheikh Jarrah, inqas minn kilometru bogħod mis-swar antiki tal-belt ta' Gerusalemm. Il-Ministru Bartolo qal li peress li l-ambaxxatur Franklin Aquilina jgħix hemmhekk, il-gvern Malti qallu biex għalissa jiltaq minn hemm u jmur joqgħod f'lukanda, minħabba l-periklu. Il-jum it-tajjeb. Ninsabu f'kuntatt kontinwu mal-ambaxxaturi taghna f'Ramallah, Franklin Aquilina, u f'Tel Aviv,… Posted by Evarist Bartolo on Wednesday, 12 May 2021 Kif beda l-ġlied L-inkwiet serju ta' issa beda meta ttieħdu passi biex 300 Palestinjan jitkeċċew minn djarhom f'Shekih Jarrah. Il-Palestinjani li jgħixu hemmhekk mhux l-ewwel darba li tkeċċew minn djarhom mill-1948 'l hawn. Bartolo spjega li dawn qed jitkeċċew għax hemm liċi Iżraeljana tal-1970 li tagħti s-saħħa lill-Iżraeljani jieħdu lura art li kellhom qabel l-1948. Kompla jgħid li ma teżisti l-ebda liġi simili li tagħti lill-Palestinjani d-dritt li jieħdu lura l-art li tilfu huma. L-Awtoritajiet tas-Saħħa f'Gaza qal li mindu reġa' nqala' l-inkwiet, fl-aħħar jiem, inqatlu 69 Palestinjani, inkluż 17-il tifel u tifla u 8 nisa, fl-attakki mill-ajruplani tal-gwerra ta' Izrael. L-Armata Izraeljana qalet li s'issa nqatlu sitt Izraeljani, inkluż tifel. Bżonn ta' soluzzjoni politika Il-Ministru qal li qed inkun f'kuntatt kemm ma' nies li jgħixu fl-Iżrael u qed ikollhom iħallu djarhom u jidħlu għall-kenn mir-rockets sparati minn Gaza u kemm ma' Palestinjani li qed jaħarbu għall-kenn kif jistgħu mill-attakki mill-ajruplani tal-gwerra. Qal ukoll li jinsab f'kuntatt ma' Ministri ta' pajjiżi li qed jaħdmu biex jieqaf il-ġlied ta' bħalissa. "Il-vjolenza u l-kunflitt fl-inħawi jintemmu biss meta jkun hemm soluzzjoni politika, tintemm l-okkupazzjoni u skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda ikun hemm żewġ stati ħdejn xulxin b'Ġerusalemm il-belt kapitali taż-żewġ stati," sostna Bartolo. Il-Gvern Malti b'appell biex jitnaqqsu t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani "Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem din l-inġustizzja" Għada, l-14 ta' Mejju, l-Moviment Graffitti se jorganizza konferenza tal-aħbarijiet b'turija ta' solidarjetà mal-poplu Palestinjan. Il-konferenza tal-aħbarijiet se ssir fis-4:00 pm fl-Ambaxxata tal-istat Palestinjan, fis-Swieqi. L-NGO qalet li tħoss li ma tistax tibqa siekta quddiem l-inġustizzja li għaddej minnha l-poplu Palestinjan.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/40-sena-mill-konsagrazzjoni-tal-knisja-ftac-cawla/
null
newsbook.com.mt
L-Erbgħin Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Ragħaj it-Tajjeb. Tifkira tal-Erbgħin Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Ragħaj it-Tajjeb. Posted by Knisja Ragħaj it-Tajjeb Taċ-Ċawla Rabat Għawdex on Monday, May 10, 2021 Fil-jiem li għaddew il-knisja fl-inħawi Taċ-Ċawla, fir-Rabat Għawdex, fakkret 40 sena mill-konsagrazzjoni tagħha. L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma qaddes quddiesa ta' radd il-ħajr. Il-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb kien wieħed mill-'proġetti' pastorali għal qalb ħafna l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi, fl-inħawi tal-periferija tar-Rabat Għawdex. Dan hekk kif 40 sena ilu bdew jiżdiedu ħafna familji żgħar minħabba li kienu nbnew numru ta' housing estates fl-inħawi. Nirringrazzjaw lil Alla llum ergajna ftahna l-bibien tac-centru ghall-Katekizmu!! Kemm ucuh ferhana, kemm tat-tfal kif ukoll tal-katekisti!! Posted by Knisja Ragħaj it-Tajjeb Taċ-Ċawla Rabat Għawdex on Monday, May 10, 2021 Iż-żona tal-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb saret waħda mill-aktar ċentri attivi tad-duttrina f'Għawdex. Il-knisja f'Taċ-Ċawla saret ċentru li sservi ta' wieħed mill-hubs pastorali tal-Knisja f'Għawdex. Il-Kan. Dun Eddie Zammit huwa r-Rettur ta' din il-Knisja. Għal snin sħaħ huwa kien l-assistent personali tal-Kardinal Mario Grech meta kien Isqof ta' Għawdex.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/destiny-dalghodu-bit-tieni-prova-frotterdam/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Eurovision.tv Il-kantanta Destiny Chukunyere dalgħodu se tkun qed titla' fuq il-palk tal-Eurovision għat-tieni prova tal-kanzunetta Je Me Casse li biha se tirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fl-ewwel semifinali tat-Tlieta 18 ta' Mejju. Il-provi ta' Destiny se jkunu għall-ħabta tal-10.30am, bil-filmat tal-prova jitwassal madwar siegħa wara. Newsbook.com.mt qed ikompli jaġġornakom b'dak kollu li qed jiġri f'Rotterdam għall-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest. Aqra: Filmat: "Qed naħdmu biex inwasslulkom 3 minuti memorabbli" – Destiny Illum ukoll se jkunu qed jagħmlu l-ewwel provi tagħhom il-ħames pajjiżi l-kbar, l-Italja, Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit. L-Olanda, bħala l-pajjiż ospitanti wkoll se jkun ukoll qed iwassal l-ewwel prova tiegħu. Malta bħalissa hija t-tieni pajjiż favoriti mad-djar tal-logħob (bookmakers) biex tirbaħ il-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Qabilna hemm Franza li se tkun qed tagħmel l-ewwel prova tagħha llum. Aqra wkoll: "Jien ġejt biex nagħmel dmiri" – Destiny Fit-tielet post hemm l-Isvizzera u wara l-Italja. It-Tnejn 17 ta' Mejju l-istazzjon 103 se jkun qed ixandar maratona ta' 18-il siegħa ta' mużika mis-6am sa nofsillejl dedikata lill-mużika mill-Eurovision. Aqra wkoll Ġurnata dedikata għall-mużika mill-Eurovision fuq 103 Destiny . Ritratt: Eurovision.tv
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/nistghu-nigu-mqarrqa-li-l-kannabis-bla-effetti-hziena-ghaqdiet-taz-zghazagh/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Unsplash Il‐Malta Catholic Youth Network (MCYN), entità tal‐Arċidjoċesi ta' Malta li tirrappreżenta 'l fuq min 100 għaqda taż‐żgħażagħ, tisħaq li l‐preokkupazzjoni primarja tal-White Paper tal-Gvern dwar il-kannabis, hi li tista' twassal għan‐normalizzazzjoni u l‐popolarità tal‐użu tal‐kannabis fost l‐adolexxenti u ż‐żgħażagħ. Tinsisti li dawn jistgħu jiġu mqarrqa billi jemmnu li l‐użu tal‐kannabis m'għandux effetti ħżiena. Fit-30 ta' Marzu 2021: Il-PM jippubblika l-proposti tal-Gvern dwar l-użu tal-kannabis Fi stqarrija, l‐MCYN, li matul is‐snin appoġġjat bis‐sħiħ attivitajiet rikreattivi li jgħinu l‐iżvilupp taż‐żgħażagħ u l‐bini tal‐komunità, enfasizzat li hi kontra l‐użu ta' sustanzi psikoattivi u/jew li huma ta' ħsara, legali jew illegali. L‐MCYN tgħid li l‐White Paper ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn il‐benefiċċji u l‐perikli tal‐kannabis rikreattiva u dik mediċinali, billi titkellem dwarhom daqslikieku l‐benefiċċji u l‐perikli huma ndaqs. Tisħaq li r‐riskji u l‐benefiċċji ta' din is‐sustanza psikoattiva m'għandhomx jiġu ppreżentati fuq bażi ugwali. L‐MCYN taqbel mad‐dekriminalizzazzjoni fejn jidħol użu personali minn adulti, biex dawk dipendenti mis‐sustanza ma jingħatawx sentenza ta' ħabs iżda l‐opportunità li jfittxu l‐għajnuna minn riskju ta' vizzju. Fl‐istess waqt tisħaq dwar kampanja edukattiva li tgħallem il‐miżuri preventivi li wieħed għandu jieħu biex jibqa' 'l bogħod minn sustanzi bħall‐kannabis. Tgħid li l‐leġiżlazzjoni għandha tagħmel dispożizzjonijiet li mhux biss jissalvagwardjaw il‐minuri u jnaqqsu l‐użu tal‐kannabis fost il‐minuri, iżda wkoll jipproteġu u jappoġġjaw adulti li għandhom riskju ogħla li ssirilhom il‐ħsara. Fissret li dan b'mod partikolari meta jitqies li l‐istudji xjentifiċi juru li l‐użu tal‐kannabis minn żgħażagħ taħt l‐età ta' 21 sa 25 sena, iżid ir‐riskji tal‐effetti ta' ħsara ta' din is‐sustanza. Id‐dokument ta' pożizzjoni tal-MCYN hu aċċessibbli hawn. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Arċisqof Charles Scicluna f'omelija rrefera għall-white paper tal-kannabis u stqarr "li biex taparsi nagħtu rikreazzjoni liż-żgħażagħ, se nisqulhom il-velenu lill-moħħ". Fit-8 ta' Mejju 2021: Filmat: "Biex taparsi nagħtu rikreazzjoni liż-żgħażagħ se nisqulhom il-velenu lill-moħħ" – L-Arċisqof Huma diversi l-għaqdiet u l-entitajiet li qed ileħħnu l-pożizzjoni tagħhom kontra t-tibdil propost mill-Gvern dwar il-liġi tal-kannabis. Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi u l-Assoċċjazzjoni tal-Psikjatrija f'Malta qalu li bil-liġi kif inhi proposta tista' tolqot ħażin lis-soċjetà u jkollha diversi riperkussjonijiet. F'April 2021: "Proposta li tinnormalizza l-użu tal-kannabis tista' tolqot ħażin lis- soċjetà" Anke l-Kamra tal-Ispiżjara fissret li bħal diversi assoċjazzjonijiet oħra mhijiex favur il-legalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu personali. Żiedet li għandu jkun hemm qafas legali u iktar edukazzjoni biex issir aktar prevenzjoni. Fil-11 ta' Mejju 2021: Bżonn ta' korp li jmexxi t-tfassil, ir-riċerka u l-ekukazzjoni dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis – L-ispiżjara
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/irrid-infakkar-il-persuna-li-verament-kien-bint-charles-thake/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: muntaġġ / Facebook - Maryanne Thake "F'kull ġurnata nħoss in-nuqqas tiegħek u li kieku nista' nġibek lura miegħi f'ħakka t'għajn" hekk kitbet Maryanne Thake llum biex tfakkar lill-missierha, l-attur Charles Thake li miet bħal-lum tliet snin ilu, fit-12 ta' Mejju tal-2018, fl-età ta' 90 sena. "Illum irrid infakkar il-persuna li verament kien, mhux il-persuna li n-nies kienu jaraw fuq il-palk," kompliet tikteb hi hekk kif iddeskrivietu bħala missier ħanin u speċjali li kien iddedika ħajtu għas-sitt uliedu. Maryanne tgħid ukoll li missierha kien iħobb il-ħajja u lil Malta u li kien intiż fuq l-istorja daqs l-ikbar studjuż. Tgħid ukoll li kien bniedem kreattiv li jikteb il-proża u l-poeżija u li kien iħobb jgħin. Issemmi wkoll il-fatt li missierha għamel 28 sena jgħin għaqdiet missjunarji. "Illum hija ġurnata li qatt ma nġibu lura," tgħid hi filwaqt li tisħaq li hija u ħutha u n-neputijiet huma l-legat tiegħu. "Il-missier huwa l-ewwel eroj ta' wliedu u l-ewwel imħabba ta' bintu" – temmet Maryanne fil-kitba tagħha. Apparti numri kbir ta' produzzjonijiet televiżivi, films u anki dawk teatrali, Thake kien ukoll jippreżenta diversi programmi fuq ir-radju fosthom Dak Kien Żmien fuq l-istazzjon RTK, li llum huwa 103 Malta's Heart. Fl-1952 beda jaħdem bħala welfare office, pożizzjoni li dam jokkupa għal 33 sena sħaħ. Għal numru ta' snin kien ukoll jaħdem fid-dipartiment tal-arkivji tal-PBS. Kien parti mill-kumpaniji teatrali Maleth u Atturi Theatre Group, kif ukoll l-MADC. Fost il-produzzjonijiet li kien fihom fit-televiżjoni lokali niftakru F'Baħar Wieħed, Nhar it-Tieġ, Ta' Horrox Borrox, Inkwiet u Villa Sunset. F'Diċembru tal-2001, Charles Thake kien ingħata l-Midalji għall-Qadi tar-Repubblika Charles Thake ħalla warajh sitt ulied u bosta neputijiet. Aqra: Imut l-attur maħbub Charles Thake
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/anzjani-jitolbu-ghal-aktar-bankijiet-tul-ix-xatt-ta-bormla/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Miguela Xuereb L-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers Union (GWU) talbet lis-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Bormla biex jitqiegħdu numru ta' bankijiet tul ix-xatt ta' Bormla. Fi stqarrija l-Għaqda qalet li din it-talba saret wara li numru ta' membri tagħha, fosthom residenti Bormliżi, staqsew biex l-Għaqda titkellem f'isimhom. Hi u titlob lis-Sindku Alison Zerafa Civelli, l-Għaqda saħqet fuq l-importanza li l-bankijiet ikunu addattati għall-anzjani. F'appell biex il-Kunsill Lokali ta' Bormla jilqa' din it-talba, l-għaqda qalet ukoll li tħoss li dak li staqsiet huwa ġust. Appellat ukoll biex kull min jista' jgħin biex il-Kunsill jaċċetta li jżid il-bankijiet. L-importanza li ma ninjorawx lill-anzjani: "L-anzjani jbatu l-aktar meta ma tqishomx is-soċjetà" Min jixtieq jissieħeb fl-Għaqda Pensjonanti tal-GWU għandu jibgħat email fuq pensionerssection@gwu.org.mt jew iċempel fuq 99423191.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/anzjani-stivati-fil-homes/
null
newsbook.com.mt
"Donnu ma nindunawx li l-anzjani minflok qed nużaw l-esperjenza tagħhom u l-kapital li jiġi bl-għerf li jkunu akkumulaw matul is-snin jispiċċaw stivati fil-homes u mitluba jgħixu b'pensjoni li bilkemm ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar." Hekk qal ma' Newsbook.com.mt , Andrew Azzopardi, il-preżentatur tad-diskussjoni ta' kull nhar ta' Sibt fl-10am fuq 103 Malta's Heart. Il-mistiedna ta' Andrew Azzopardi se jkunu: Dr Maria Aurora Fenech, Annabel Scholaro, Charmaine Montesin, Fr Hilary Tagliaferro, Prof. Charles Scerri u Josephine Mallia. Il-panel ta' esperti se jiddiskutu kemm l-anzjani qed jgħixu anzjanità attiva jew le, u xi jfisser meta ngħidu anzjanità attiva. Is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta's Heart .
[ 14 ]
https://newsbook.com.mt/abbozz-li-jwitti-t-triq-biex-l-abort-jigi-legalizzat-dar-guzeppa-debono/
null
newsbook.com.mt
Dar Ġużeppa Debono (DĠD) fi ħdan id-Djoċesi ta' Għawdex qed tisħaq li t-tneħħija tar-referenza għall-abort fil-Kodiċi Kriminali, ħlief fil-każ ta' abort imġiegħel, twitti t-triq għal-leġiżlazzjoni tal-abort u għall-mentalità li mhux il-ħajja ta' kull bniedem hija meqjusa tal-istess valur u dinjità. Fi stqarrija, Maria Attard f'isem il-Bord ta' Dar Ġużeppa Debono esprimiet it-tħassib tal-Bord dwar l-Abbozz ta' Liġi mressaq fil-Parlament mid-Deputat Marlene Farrugia din il-ġimgħa sabiex jiġi dekriminalizzat l-abort. Fit-12 ta' Mejju 2021: Marlene Farrugia b'abbozz ta' liġi fuq id-dekriminalizzazzjoni tal-abort Enfasizzat li l-valur tal-ħajja tal-embrijun jew fetu uman fil-ġuf jistħoqqlu jiġi mħares ukoll mil-liġi. Madanakollu stqarret li temmen li n-nisa li jwettqu abort għandhom jiġu akkumpanjati aktar milli kkundannati. Id-Dar tippromwovi ambjent ta' mogħdrija, sostenn, u għajnuna mhux biss lill-ommijiet fit-tqala imma anki lil dawk li jkunu ġarrbu xi telfa tal-wild, inkluż dawk li jwettqu abort. Maria Attard irreferiet għad-definizzjoni ta' "saħħa medika" fl-għanijiet ta' dan l-Abbozz, u qalet li dan it-terminu huwa ġeneriku u jagħti lok għal bosta interpretazzjonijiet, "lil hinn mis-sens strett ta' każijiet fejn it-tqala tpoġġi f'riskju reali s-saħħa tal-omm u/jew tat-tarbija fil-ġuf". Saħqet li f'każijiet bħal dawn, il-proċedura medika tkun twieġeb għal każ kliniku delikat li hu differenti minn abort li jsir għal skopijiet oħra mhux marbuta ma' periklu reali fis-saħħa fiżika. F'Marzu 2021: Filmat: "Kull tarbija mnissla għandha proġett jistennieha" "DĠD timpenja ruħha biex tissokta l-ħidma tagħha favur il-ħajja, b'ħarsa ta' għożża lejn il-ħajja ta' kull bniedem, tal-mara u tal-ħajja li qed tikber f'ġufha, kif ukoll tal-membri kollha tas-soċjetà msejħa biex iħarsu l-ħajja ta' dawk l-aktar dgħajfa", tkompli l-istqarrija. Dar Ġużeppa Debono stiednet ukoll għal riflessjoni u diskussjoni serja fuq dan is-suġġett, u għal impenn aktar konkret f'edukazzjoni fir-relazzjonijiet umani, "fejn is-sesswalità tingħax f'ambjent ta' mħabba u responsabbiltà, u tkun promossa kultura li tgħożż il-ħajja ta' kull persuna". Xi ntqal iktar dwar din il-mozzjoni? B'reazzjoni l-għada li tressqet il-mozzjoni, l-Arċisqof Charles Scicluna saħaq li l-omm hi għażiża għax hi tempju tal-ħajja u mhux tal-mewt. Spjega kif il-ġuf tal-omm hu post għażiż. Fl-omelija tal-quddiesa tiegħu lbieraħ, l-Arċisqof appella għat-talb biex il-ġuf tal-mara, tal-omm, ma jkunx post ta' qtil imma post ta' ħajja. X'qal l-Arċisqof: Filmat: "Il-ġuf tal-mara post għażiż, m'għandux ikun post ta' qtil" – L-Arċisqof L-Erbgħa tard filgħaxija, il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa bi stqarrija qasira, fejn qal li jemmen bl-aktar mod assolut fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt u għalhekk ma jista' qatt ikun favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort. Il-PN stqarr li huwa favur li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-ġid tas-saħħa sesswali ta' kulħadd mingħajr ma tkun ipperikolata l-ħajja tat-tarbija kemm qabel u wara t-twelid. X'qal il-PN? Il-PN jisħaq li qatt ma jista' jkun favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort Il-Partit Laburista rreaġixxa jumejn wara u qal li l-mozzjoni ta' Marlene Farrugia "toħnoq" id-diskussjoni fuq l-abort. Fi stqarrija l-PL qal li l-Grupp Parlamentari Laburista ltaqa' llum biex jiddiskuti l-mozzjoni li tressqet mid-Deputat tal-Oppożizzjoni fit-12 ta' Mejju. Fil-fehma tal-Partit Laburista, "Id-diskussjoni fuq suġġett sensittiv bħall-abort issir mis-soċjetà b'mod matur u liberu, u mhux tinħonoq b'mozzjoni bhal din. Diskussjoni li ma tigix monopolizzata mill-partiti politici fil-Parlament, u tkun mibnija fuq l-onestà u r-rispett lejn fehmiet differenti, bla sensazzjonaliżmu jew kundanni u kontra l-istigma." Il-Ġimgħa: Il-mozzjoni ta' Farrugia "toħnoq" id-diskussjoni fuq l-abort – PL Fil-bidu tal-leġislatura tiegħu, Robert Abela kien qal li jekk l-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jaħdem favur l-abort, se jsib lilu kontrih. Riċentament, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li mhuwiex favur l-abort imma ma jistax jiddeċiedi għan-nisa hu. F'Jannar 2020: "Jekk Muscat jaħdem għall-abort se jsib lili kontrih" – Abela Sorsi qrib il-Parlament qalu ma' Newsbook.com.mt li x'aktarx din il-mozzjoni qatt mhu se titla' għad-diskussjoni fil-Parlament peress li "m'għandha la l-appoġġ tal-Gvern u lanqas tal-Oppożizzjoni." Ġie spjegat lil din il-kamra tal-aħbarijiet li biex din il-mozzjoni tersaq għat-tieni qari u allura għad-diskussjoni fl-plenarja trid titpoġġa jew fuq l-aġenda tal-Gvern u allura tkun diskussa xi ġurnata bejn it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa, inkella tkun diskussa fil-Parlament bi qbil mal-Oppożizzjoni fil-ġurnata tal-Ħamis f'seduta speċjali li ssir darba kull tliet xhur. Aqra wkoll: Filmat: "F'qalbi kont naf li ma nistax nagħmel abort għax mhux faċli tneħħi parti minnek"
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/sfidaw-il-mafja/
null
newsbook.com.mt
Ktieb ġdid fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino fid-9 ta' Mejju 2021. Meta fil-11 ta' April 2006 il-Pulizija Taljana qabdet lil Bernardo Provenzano, wara 43 sena maħrub, kulħadd baqa' mistagħġeb kif dan il-kap assolut u vjolenti ta' Cosa Nostra (il-Mafja ta' Sqallija u waħda mill-ikbar mafji tad-dinja) kien qed jistaħba f'post fqir u jgħix ħajja mill-aktar sempliċi. Imma kien hemm dettall ieħor, li forsi ġie ttraskurat minn ħafna, imma li lili laqatni iżjed. F'dak il-post fqir kien qed jgħix bniedem reliġjużissimu, mimli santi u statwi sagri, mimli simboli tal-fidi Kattolika u strumenti ta' talb! Meta sirt naf b'dil-ħaġa ħsibt li dan kien biss dettall relatat ma' Provenzano, każ iżolat. Iżda jien u nfittex skoprejt li kważi l-Mafjużi kollha huma "reliġjużi" jew "nies tal-Knisja". Il-ħażen li jagħmlu jagħmluh bi skop tajjeb, jgħidu huma – imma fil-verità l-Mafja u l-Vanġelu ma jmorrux flimkien. Għal ħafna żmien, diversi nies, anki fil-Knisja, ħasbu li dawn iż-żewġ realtajiet setgħu jgħixu flimkien u ma kienu jaraw ebda kontradizzjoni f'dan kollu. Kapitlu mill-ktieb jittratta dwar numru ta' saċerdoti Sqallin, minsijin mill-istorja, li fil-bidu tas-seklu għoxrin fehmu din il-kontradizzjoni enormi u ħaduha kontra l-fenomenu Mafjuż – u minħabba f'hekk kellhom iħallsu l-ogħla prezz. 1982: Il-Ġeneral Dalla Chiesa Iżda kellu jgħaddi litteralment seklu biex tasal l-ewwel żvolta kbira fil-Knisja. Il-Kardinal ta' Palermo Salvatore Pappalardo fl-1982 fil-funeral tal-Ġeneral Carlo Alberto dalla Chiesa għamel diskors qawwi li fih akkuża pubblikament lill-Istat li kien qed iparla ħafna dwar il-Mafja imma fir-realtà ma jagħmel xejn. Ir-risposta tal-Mafja ma damitx ma waslet għax meta Pappalardo mar iqaddes fil-kappella tal-ħabs… ma tfaċċa ħadd mill-priġunieri għall-quddiesa! 1990: Il-Maġistrat Livatino Il-Maġistrat Rosario Livatino nqatel fil-21 ta' Settembru tal-1990. Kien għad għandu biss 37 sena. Ftit qabel miet, Livatino kien tkellem dwar ir-rabta bejn il-liġi u l-fidi: "Id-dmir tal-maġistrat huwa li jiddeċiedi, imma biex jiddeċiedi jkollu wkoll jagħżel. Propju fl-għażliet li jagħmel, maġistrat li jemmen jista' jkollu relazzjoni ma' Alla. Hija relazzjoni diretta miegħu għaliex biex tamministra l-ġustizzja trid titlob u tiddedika lilek innifsek lil Alla. Hija wkoll relazzjoni indiretta ma' Alla għax dmirek trid taqdih bl-imħabba, anki lejn il-persuna li titressaq quddiemek fil-qorti." Imbagħad kompla: "Madankollu, kemm jekk il-maġistrat jemmen u kemm jekk ma jemminx, fil-mument li jiġġudika għandu jinża minn kull vanità u suppervja, u jħoss il-piż tal-awtorità fdata f'idejh, piż li hu itqal anki għax l-awtorità jrid jeżerċitaha b'mod ħieles u awtonomu. Dan id-dmir jista' jkun eħfef jekk il-maġistrat bl-umiltà kollha jkun konxju tad-dgħufijiet tiegħu." Hu propju għall-okkażjoni tal-beatifikazzjoni ta' Livatino qed jiġi ppubblikat dan il-ktieb. 1993: Ġwanni Pawlu II f'Agrigento Għaddew 10 snin oħra ta' silenzji u ilħna jgħajtu fid-deżert. Fl-aħħar wasal dak il-famuż 9 ta' Mejju tal-1993 – li ħafna minna jiftakru – meta f'Agrigento l-Papa Ġwanni Pawlu II għajjat mal-Mafjużi: "Dawn li għandhom fuq il-kuxjenza tagħhom tant vittmi umani jridu jifhmu li ma jistgħux joqtlu nies innoċenti! Ma jistax il-bniedem, hu min hu, ebda assoċjazzjoni umana, Mafja, ma tista' tibdel jew tikkalpesta dan id-dritt santissimu ta' Alla! Dan il-poplu tant marbut mal-ħajja … ma jistax jgħix dejjem taħt il-pressjoni taċ-ċiviltà tal-mewt … F'isem dan Kristu … ngħidha lil min hu responsabbli: ikkonvertu! Xi darba jasal il-ġudizzju ta' Alla!" Dakinhar kien hemm mitt elf ruħ miġbura biex ifakkru lill-vittmi tal-Mafja, fosthom Falcone u lil Borsellino. Il-Papa kien għadu kif iltaqa' għal ftit ħin mal-ġenituri tal-Imħallef Rosario Livatino. Mhux li l-Mafjużi tant beżgħu mill-kundanna tal-Papa – għalkemm lil xi wħud minnhom qabbdithom it-triq tal-konverżjoni – madankollu, ħafna saċerdoti u lajċi għamlu tagħhom dan il-kliem ta' Ġwanni Pawlu II u sarrfuh f'azzjoni pastorali. 1993: Maqtul f'għeluq sninu Għaddew biss erba' xhur minn dik il-kundanna. Fil-15 ta' Settembru 1993 il-Mafja assassinat lil Padre Pino Puglisi, qassis twajjeb imma deċiż għall-aħħar li ma jħallix iż-żona ta' Brancaccio f'Palermo taħt il-kontroll tal-poter politiku-mafjuż. Fi ftit żmien irnexxielu jiġbed it-tfal u ż-żgħażagħ lejn il-knisja u jqabbadhom triq differenti. Fit-tmien kapitlu nsibu żewġ intervisti interessanti li għamilt ma' żewġ persuni li ħadmu fil-qrib miegħu: Swor Carolina u Pino Martinez. 1994: Don Giuseppe Diana Is-sena ta' wara kien imiss saċerdot ieħor, il-Kappillan ta' Casal di Principe, Giuseppe Diana. Wara li l-Mafja qatlitu bdiet kampanja ta' tfigħ ta' tajn kontra tiegħu. Skont strateġija tipikament Mafjuża, ippruvaw mhux biss joqtlu l-persuna tiegħu imma wkoll l-ideat tiegħu. 2021: Beatifikazzjoni ta' Livatino Il-beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino ma aħniex niċċelebrawha f'vojt storiku imma f'mument partikolari fil-ħajja tal-Knisja. Qegħdin fi żmien il-Papa Franġisku. Kemm kienu jieħdu gost Livatino, Don Puglisi u Don Diana kieku qegħdin jgħixu f'dawn iż-żminijiet! Dawn it-tliet martri tal-Knisja ttamaw li jkollna Papa impenjat għal riforma tal-Knisja għal waħda fqira tal-foqra u tal-imwarrbin. Kemm kienu jħossuhom imsaħħin fil-fidi jisimgħu lil Franġisku jgħid, "Ir-realtà tifhimha biss jekk taraha mill-periferija!" Knisja fqira u tassew libera hija t-tweġiba għall-oppressjoni tal-Mafjuż li jrid jgħix bil-qerq u l-kriminalità u billi jkun parassita fuq l-għaraq tax-xogħol ta' ħaddieħor. Flimkien ma' saċerdoti impenjati soċjalment u deċiżi li jibqgħu 'l bogħod mis-sistema Mafjuża, fl-Italja twieldu mijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' ispirazzjoni Kattolika. Dawn illum qed imexxu proġetti edukattivi, jieħdu ħsieb artijiet u beni immobbli kkonfiskati mill-Mafjużi u jagħmlu attività ekonomika fir-rispett tal-legalità saħansitra f'ambjenti kkaratterizzati minn sfruttament u xogħol illegali. U dan kollu x'għandu x'jaqsam magħna l-Maltin u mal-Knisja f'Malta? Ikollna nammettu li l-mentalità Mafjuża u l-kultura Mafjuża mhumiex aljeni għal dan l-arċipelagu żgħir ta' kważi nofs miljun ruħ f'nofs il-Mediterran, tefgħa ta' ġebla biss bogħod minn Sqallija. Il-klijenteliżmu, il-favoritiżmi u l-korruzzjoni huma l-marki tal-Mafja. U dawn qatt ma kienu neqsin lanqas minn pajjiżna. F'dokument li ħarġet l-Arċidjoċesi ta' Malta propju s-sena l-oħra nsibu miktub hekk: "Fil‐kuntest tax‐xhieda tagħna bħala Knisja, nagħrfu l‐valur ta' ġesti qawwija li jkunu sinjali profetiċi ta' verità, ġustizzja, fejqan u rikonċiljazzjoni. Dawn l‐għemejjel mhux biss iċaqalqu imma wkoll jikxfu l‐istrutturi tad‐dnub, jisfidaw għal riflessjoni iktar profonda, u jipproponu dak id‐dixxerniment meħtieġ biex insibu triq 'il quddiem li taqbel iktar mal‐Aħbar it‐Tajba." Ikompli jgħid hekk: "Il‐qtil ta' ġurnalista li ħasad lil kulħadd u l‐omiċidju kiesaħ u biered ta' immigrant, il‐mod kif ħafna nies iqisu normali ċerti prattiċi 'kollettivi' bħall‐evażjoni tat‐taxxa, it‐tixħim u l‐omertà, jew kif b'mod mill‐iktar naturali nibnu r‐rabtiet soċjali tagħna permezz tal‐'ħbieb tal‐ħbieb', l‐unur, 'il-familiżmu amorali', il‐pjaċiri u l‐idea li l‐ewwel nieħdu ħsieb dak li hu tagħna qabel ir‐responsabbiltà soċjali … dan kollu juri li hemm qabża bejn ir‐realtà kif inhi u l‐ispirtu Kattoliku msejjes fuq il‐ġid komuni, is‐solidarjetà, l‐għażla preferenzjali favur il‐foqra, jew saħansitra dak is‐sens ċiviku bażiku fejn 'is‐sħiħ' (il‐ġid tal‐polis fl‐interess ta' kulħadd) hu tassew ikbar mill‐ġabra tal‐partijiet flimkien (jew l‐interessi individwali tagħna)." "Dan qed jiġri mhux għax 'il‐Knisja' bħala ġerarkija mhijiex titkellem fuq affarijiet marbutin mal‐ġid komuni, imma għax aħna stess bħala l‐Poplu ta' Alla, fir‐relazzjonijiet soċjali tagħna, qed nonqsu milli nagħtu xhieda għall‐Evanġelju tal‐ħajja, kemm bil‐mod kif nikkomunikaw, imma wkoll bl‐istess ħajja li ngħixu" (Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed). Sfidaw lill-Mafja Ritratt minn Flimkien Magazine Jalla dan il-ktieb, it-tielet wieħed fis-sensiela "Sfidaw lill-Mafja", iservi ta' kontribut modest biex nirriflettu fuq din ir-realtà u biex neżaminaw l-attitudnijiet u l-prattiki tagħna li, nażżarda ngħid, jista' jkollhom iktar mill-mentalità Mafjuża milli mill-fidi Kattolika li ħafna minna nistqarru li nħaddnu. Il-ktieb jista' jinkiseb online minn sayitmalta.com, minn Librerija Preca fil-Blata l-Bajda, u mingħand l-awtur innifsu (robertaloisio@gmail.com). Hemm ukoll offerta għal min jakkwista t-tliet kotba tas-sensiela. Il-qligħ kollu mill-ktieb se jmur għall-Caritas Parish Djakonija Network. Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn .
[ 2, 13 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-illejla-il-finalissima-tas-singing-challenge-waqt-the-entertainers/
null
newsbook.com.mt
Ritratt: Keith Darmanin / KitzKlikz.com Il-finalissima ta' The Entertainers Singing Challenge ser tkun l-attrazzjoni ewlenija waqt l-edizzjoni tal-lejla tal-programm The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li se tixxandar bejn it-8.30pm u l-11.00pm fuq l-istazzjon Net. Bi preżentazzjoni ta' Janvil, b'kollox huma sittax il-kantanti minn 10 snin 'il fuq, maqsumin f'żewġ kategoriji, li se jkunu qed jikkompetu għall-premju finali waqt il-programm tal-lejla. Il-kantanti kollha se jkunu akkumpanjati mill-band residenti tal-programm. Il-finalisti huma dawn: Minn Kategorija A: Shyann Cutajar, Eliza Stellini, Rihanna Aquilina, Kelsy Attard, Faith Bondin, Krista Sujak, Martina Schembri, Amelia Kalabic, Ella Tohamy, Shanice Micallef u Lisa Gauci. Preżenti fl-istudio se jkun hemm ġurija esperta li se tiġġduika lill-kantanti. Il-pubbliku permezz ta' SMS jista' jivvota għall-kantanti favoriti tiegħu. Ritratt: Carl Farrugia
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/webinar-bxejn-mill-gozo-business-chamber-u-l-bank-of-valletta/
newsbook.com.mt
Ritratt: Pexels Ir-rwol tan-nisa fl-intraprenditorjat u fix-xenarju tan-negozju qed jevolvi bħala rwol aktar importanti u b'saħħtu. Minkejja dan, in-nuqqas ta' gwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa' tkompli xxekkel il-potenzjal tan-negozju madwar id-dinja. 'Women in Entrepreneurship and Business' huwa l-webinar li wieħed jista' jattendi b'xejn, organizzat mill-Gozo Business Chamber b'kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta bl-appoġġ tal-Ministeru għall-iskema tal-Gozo NGO Assistance, programm ta' finanzjament għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fil-Gżira Għawdxija. Il-webinar se jsir nhar il-Ħamis 11 ta' Marzu bejn is-14:00 u t-15:30. Il-kelliema ewlenin matul dan il-webinar se jkunu Elaine Camilleri, Partner Tax Services fi ħdan ACT; Alda Bugeja, intraprenditur f'settur lokali; Marie Grech, Direttur ta' Frank Salt Real Estate; u Victoria Azzopardi, EU & Institutional Affairs Analyst fi ħdan il-Bank of Valletta. Matul il-ġimgħa fejn jiġi ċċelebrat il-jum internazzjonali tan-nisa, dawn l-erba' nisa, intraprendituri jew negozjanti, se jitkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom, il-motivazzjonijiet, id-diffikultajiet li jiffaċċjaw u xi tfisser li tkun mara fir-rwol rispettiv tagħhom. Dan il-webinar huwa wieħed minn sensiela ta' webinars organizzati jew ko-ospitati mill-Bank of Valletta bl-iskop li jipprovdu l-aqwa għarfien espert, informazzjoni u prattiki lill-komunità lokali. Ingħaqad magħna f'din id-diskussjoni informattiva billi tirreġistra b'xejn fuq is-sit tagħhom. Dan it-tagħrif twassal minn BOV p.l.c
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/il-bov-jissospendi-tariffi-fuq-kontijiet-li-ma-jintuzawx/
newsbook.com.mt
Ritratt: BOV Il-Bank of Valletta ħabbar li se jissospendi t-tariffi relatati ma' kontijiet li mhux qed jintużaw u l-bilanċ minimu sakemm jingħalqu diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Il-bank spjega li xi klijenti jista' jkun li ma rċivewx notifika bil-quddiem b'rabta ma' dawn it-tariffi u għalhekk, qed jieħu l-miżuri xierqa. Il-BOV kien introduċa dawn it-tariffi f'Settembru li għadda, biex jirkupra parti mill-ispejjeż relatati ma' kontijiet li ma jkunux qed jintużaw jew b'bilanċ baxx. Ċerti kategoriji ta' klijenti ġew eżentati minn dawn it-tariffi. Il-Bank of Valletta kompla jħeġġeġ lill-klijenti li ma jużawx il-kontijiet bankarji tagħhom biex jagħlquhom jew jagħżlu kont bankarju bażiku li huwa eżentat minn dawn it-tariffi. Aqra wkoll 3 hackers mill-Korea ta' Fuq akkużati b'sensiela ta' attakki virtwali, inkluż dak fuq il-BOV
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/il-katekizmu-ghat-tfal-fmalta-se-jsir-online-minhabba-l-covid-19/
newsbook.com.mt
L-Arċidjoċesi ta' Malta ħabbret li qed tissospendi l-laqgħat tal-gruppi tagħha li jsiru b'mod fiżiku, inklużi s-sessjonijiet ta' katekeżi tat-tfal. Fi stqarrija maħruġa mill-Kurja llum, intqal li ttieħdet din id-deċiżjoni wara d-direttivi ġodda mħabbrin mill-awtoritajiet tas-saħħa lbieraħ, li daħlu fis-seħħ illum. Għadd ta' laqgħat diġà qed isiru online, u l-Arċidjoċesi qed tħeġġeġ biex, fejn hu possibbli, dawn l-inizjattivi pastorali jkomplu b'mod virtwali. Din id-direttiva għandha terġa' tiġi kkunsidrata wara l-11 ta' April, meta suppost jintemmu r-restrizzjonijiet imħabbrin ilbieraħ minħabba l-imxija tal-coronavirus, li jinkludu li r-ristoranti u l-isnack bars jagħlqu l-bibien tagħhom u joffru biss servizz ta' take-away. Il-Knisja ħeġġet lin-nies biex jitolbu lil Alla għas-saħħa tal-poplu u biex kulħadd jieħu ħsieb xulxin billi jiġu osservati d-direttivi għall-ħarsien tas-saħħa. F'Għawdex Il-katekiżmu f'Għawdex se jsir online minħabba l-Covid-19
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/ara-fejn-tista-taghti-d-demm-matul-marzu/
newsbook.com.mt
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ikompli jħeġġeġ iktar donaturi biex matul din is-sena l-ġdida jagħtu d-demm iktar b'mod regolari, u dawk li għadhom qatt ma taw, jekk hu possibbli, jikkommettu ruħhom biex tul din is-sena jibdew jagħtu d-demm. Minbarra fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa (inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8am sas-6pm, l-għoti tad-demm matul dan ix-xahar jista' jsir ukoll f'dawn il-postijiet: Il-Ħadd 7 ta' Marzu: Is- Swatar – mobile unit – maġenb il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm . Il-Ħadd 14 ta' Marzu: P embroke – mobile unit – viċin il-Knisja Parrokkjali (maġenb Ġnien Madre Tereża ta' Kalkutta) mit-8:30am sas-1:00pm. Il-Ħadd 14 ta' Marzu: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm. Il-Ġimgħa 19 ta' Marzu: Mosta – mobile unit – fi Pjazza 16 ta' Settembru (fejn jarma l-monti) mit-8:30am sas-1:00pm Il-Ħadd 21 ta' Marzu: Il-Qawra – mobile unit – quddiem il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm. . Il-Ħadd 21 ta' Marzu: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm. Il-Ħadd 28 ta' Marzu: Ħal Qormi – mobile unit – fi Triq l-Għargħar 1979, fil-parti viċin il-Knisja Arċipretali ta' San Ġorġ mit-8:30am sas-1:00pm Il-Ħadd 28 ta' Marzu: X ewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm. L-Erbgħa 31 ta' Marzu: Il-Mellieħa – mobile unit – fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Arċipretali mit-8:30am sas-1:00pm Noti importanti! Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Aqra: Rekluti u uffiċjali korrettivi jagħtu d-demm Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-omm-bdizabilita-li-sservi-ta-ispirazzjoni-ghalina-lkoll/
newsbook.com.mt
Vanessa Cassar, hija l-protagonista ta' UMANI ta' din il-ġimgħa. Id-determinazzjoni tagħha minkejja li għandha diżabilita', minkejja li tuża krozzi, il-pożittivita' tagħha, l-imħabba kbira għal bintha..u kif tgħid li l-ħajja għallmitha tkun iktar b'saħħitha, u iktar determinata li tgħix ħajja kif tixtieq hi.UMANI bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria La Barokka Muscat, direzzjoni ta' Godfrey Smith.Ħajr speċjali lil: HOLM Boutique & SPA St Julians li jospita UMANI ta' kull ġimgħa f'ambjent mill-aqwa u mill-isbaħ. Xagħar: Hair creations by Mandy minn Mandy Spiteri bil-prodotti Dikson pprovduti minn Noriva Ltd Prodotti ta' Rtokk: Stage Line Makeup Malta Posted by UMANI on Monday, March 1, 2021 Umani ta' din il-ġimgħa iwassal l-istorja ta' Vanessa Cassar, li hija omm żgħażugħa, u li għandha l-kundizzjoni tas-cerebral palsy. Minkejja li timxi bil-krozzi, Vanessa għandha kuraġġ ta' ljun, u f'ħajjitha bl-appoġġ ta' ommha, u oħtha u membri oħra tal-familja ma tħalli xejn iwaqqafha. F'Umani Vanessa tgħid li minkejja li kien hemm żmien fejn f'ħajjitha sabet min weġġagħha, baqgħet iddeterminata li timxi 'l quddiem. Umani bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat, direzzjoni ta' Godfrey Smith, jixxandar illum is-Sibt fl-4.30pm fuq TVM. Vanessa Cassar u Maria Muscat. Ritratt: Umani
[ 2, 6 ]